+Artikolu 62 1
|
Artikolu 62 1
1. L-entitajiet ġuridiċi u t-trustees ta’ trusts espressi jew persuni li jkollhom pożizzjonijiet ekwivalenti f’arranġamenti ġuridiċi simili għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja li jkollhom, jipprovdu lill-entitajiet marbutin b’obbligu fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu III jew jippreżentaw lir-reġistri ċentrali tkun adegwata, preċiża u aġġornata.
L-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:
|
(a)
|
l-ismijiet u l-kunjomijiet kollha, il-post u d-data tat-twelid sħiħa, l-indirizz residenzjali, il-pajjiż ta’ residenza u n-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet tas-sid benefiċjarju, in-numru tad-dokument tal-identità, bħall-passaport jew id-dokument tal-identità nazzjonali, u, meta jeżisti, in-numru ta’ identifikazzjoni personali uniku assenjat lill-persuna mill-pajjiż ta’ residenza abitwali tagħha, u deskrizzjoni ġenerali tas-sors ta’ tali numru;
|
|
(b)
|
in-natura u l-firxa tal-interess benefiċjarju miżmum fl-entità ġuridika jew fl-arranġament ġuridiku, kemm jekk permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ kontroll b’mezzi oħrajn, kif ukoll id-data li minnha huwa miżmum l-interess benefiċjarju;
|
|
(c)
|
informazzjoni dwar l-entità ġuridika li l-persuna fiżika hija s-sid benefiċjarju tagħha f’konformità mal-Artikolu 22(1), il-punt (b), jew, fil-każ ta’ arranġamenti ġuridiċi li l-persuna fiżika tkun is-sid benefiċjarju tagħhom, informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku;
|
|
(d)
|
meta l-istruttura ta’ sjieda u kontroll ikun fiha aktar minn entità ġuridika jew arranġament ġuridiku wieħed, deskrizzjoni ta’ tali struttura, inkluż l-ismijiet u, fejn teżisti, in-numri ta’ identifikazzjoni tal-entitajiet ġuridiċi individwali jew l-arranġamenti ġuridiċi li huma parti minn dik l-istruttura, u deskrizzjoni tar-relazzjonijiet ta’ bejniethom, inkluż is-sehem tal-interess miżmum;
|
|
(e)
|
fejn klassi ta’ benefiċjarji hija identifikata taħt l-Artikolu 59, deskrizzjoni ġenerali tal-karatteristika tal-klassi ta’ benefiċjarji;
|
|
(f)
|
meta oġġetti ta’ setgħa u riċevituri awtomatiċi jiġu identifikati skont l-Artikolu 60:
|
(i)
|
għal persuni fiżiċi, l-ismijiet u l-kunjomijiet tagħhom;
|
|
(ii)
|
għal entitajiet ġuridiċi u arranġamenti ġuridiċi, l-ismijiet tagħhom;
|
|
(iii)
|
għal klassi ta’ oġġetti ta’ setgħa jew riċevituri awtomatiċi, id-deskrizzjoni tagħha.
|
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1624
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|