+Artikolu 2 1

Artikolu 2 1

1.   L-awtoritajiet tat-TLPT għandhom jivvalutaw jekk xi entità finanzjarja hijiex meħtieġa tagħmel TLPT, filwaqt li jqisu l-impatt ta’ dawk l-entitajiet finanzjarji, il-karattru sistemiku tagħhom u l-profil tar-riskju tal-ICT tagħhom, abbażi tal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

fatturi relatati mal-impatt u mal-karattru sistemiku:

(i)

id-daqs tal-entità finanzjarja, determinat abbażi ta’ jekk l-entità finanzjarja tipprovdix servizzi finanzjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar u billi jitqabblu l-attivitajiet tal-entità finanzjarja ma’ dawk ta’ entitajiet finanzjarji oħrajn li jipprovdu servizzi simili;

(ii)

il-firxa u n-natura tal-interkonnettività tal-entità finanzjarja ma’ entitajiet finanzjarji oħrajn fis-settur finanzjarju fi Stat Membru wieħed jew aktar;

(iii)

il-kritikalità jew l-importanza tas-servizzi li l-entità finanzjarja tipprovdi lis-settur finanzjarju;

(iv)

is-sostitwibbiltà tas-servizzi li tipprovdi l-entità finanzjarja;

(v)

il-kumplessità tal-mudell ta’ negozju tal-entità finanzjarja u s-servizzi u l-proċessi relatati;

(vi)

jekk l-entità finanzjarja hijiex parti minn grupp ta’ karattru sistemiku fil-livell tal-Unjoni jew f’dak nazzjonali fis-settur finanzjarju u jekk tikkondividix sistemi tal-ICT;

(b)

Fatturi relatati mar-riskju tal-ICT:

(i)

il-profil tar-riskju tal-entità finanzjarja;

(ii)

ix-xenarju ta’ theddid tal-entità finanzjarja;

(iii)

il-grad ta’ dipendenza tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti jew il-funzjonijiet ta’ appoġġ tagħhom tal-entità finanzjarja fuq is-sistemi u l-proċessi tal-ICT;

(iv)

il-kumplessità tal-arkitettura tal-ICT tal-entità finanzjarja;

(v)

is-servizzi u l-funzjonijiet tal-ICT appoġġjati minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, u l-kwantità u t-tip ta’ arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jew fornituri intragrupp ta’ servizzi tal-ICT;

(vi)

l-eżiti ta’ kwalunkwe rieżami superviżorju rilevanti għall-valutazzjoni tal-maturità tal-ICT tal-entità finanzjarja;

(vii)

il-maturità tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru għall-ICT;

(viii)

il-maturità tal-miżuri operazzjonali ta’ individwazzjoni u ta’ mitigazzjoni tas-sigurtà tal-ICT, inkluża l-kapaċità li:

(1)

jimmonitorjaw l-infrastruttura tal-ICT tal-entità finanzjarja fuq bażi permanenti;

(2)

jindividwaw avvenimenti relatati mal-ICT f’ħin reali;

(3)

janalizzaw l-avvenimenti msemmija fil-punt (2);

(4)

jirrispondu għall-avvenimenti msemmija fil-punt (2) fi żmien xieraq u b’mod effettiv;

(ix)

jekk l-entità finanzjarja hijiex parti minn grupp attiv fis-settur finanzjarju fil-livell tal-Unjoni jew f’dak nazzjonali li jikkondividi sistemi tal-ICT.

Għall-finijiet tal-punt (a)(i), l-awtorità tat-TLPT għandha, fejn possibbli, tqis:

(a)

il-pożizzjoni tas-sehem mis-suq tal-entità finanzjarja fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali;

(b)

il-firxa ta’ attivitajiet offruti mill-entità finanzjarja;

(c)

is-sehem mis-suq tas-servizzi provduti mill-entità finanzjarja jew tal-attivitajiet li jsiru fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali.

Għall-finijiet tal-punt (a)(v), l-awtorità tat-TLPT għandha, fejn possibbli, tqis;

(a)

jekk l-entità finanzjarja toperax aktar minn mudell ta’ negozju wieħed;

(b)

l-interkonnettività tal-proċessi tan-negozju differenti u s-servizzi relatati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.06.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1190
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.