+Artikolu 2 2
|
Artikolu 2 2
2. L-awtoritajiet tat-TLPT għandhom jirrikjedu li l-entitajiet finanzjarji kollha li ġejjin jagħmlu TLPT, sakemm il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ entità finanzjarja ma tindikax li l-impatt tagħha, it-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja relatat ma’ dik l-entità finanzjarja, jew il-profil tar-riskju tal-ICT tagħha, ma tiġġustifikax il-prestazzjoni ta’ TLPT:
|
(a)
|
istituzzjonijiet ta’ kreditu li jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(i)
|
ikunu ġew identifikati bħala istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs, global systemically important institutions) f’konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);
|
|
(ii)
|
ikunu ġew identifikati bħala istituzzjonijiet oħra sistemikament importanti (O-SIIs, other systemically important institutions) f’konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE;
|
|
(iii)
|
ikunu parti minn G-SIIs jew O-SIIs;
|
|
|
(b)
|
istituzzjonijiet ta’ pagament li f’kull waħda mis-sentejn kalendarji ta’ qabel il-valutazzjoni mill-awtorità tat-TLPT qabżu l-EUR 150 biljun tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);
|
|
(c)
|
istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li f’kull waħda mis-sentejn kalendarji ta’ qabel il-valutazzjoni mill-awtorità tat-TLPT qabżu il-EUR 150 biljun tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jew l-EUR 40 biljun tal-valur totali tal-ammont ta’ flus elettroniċi pendenti;
|
|
(d)
|
depożitorji ċentrali tat-titoli;
|
|
(e)
|
kontropartijiet ċentrali;
|
|
(f)
|
ċentri ta’ negozjar b’sistema elettronika ta’ negozjar li jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
(i)
|
iċ-ċentru ta’ negozjar ikollu l-ogħla sehem mis-suq f’termini ta’ fatturat fil-livell nazzjonali f’kull waħda mis-sentejn kalendarji ta’ qabel il-valutazzjoni mill-awtorità tat-TLPT fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(1)
|
titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (44)(a), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);
|
|
(2)
|
titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (44)(b), tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
(3)
|
derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (29), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);
|
|
(4)
|
prodotti finanzjarji strutturati kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (28), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
|
|
(5)
|
il-kwoti tal-emissjonijiet kif imsemmija fit-Taqsima C, il-punt (11), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
|
(ii)
|
iċ-ċentru ta’ negozjar ikollu sehem mis-suq f’termini ta’ fatturat fil-livell tal-Unjoni li jaqbeż il-5 % f’kull waħda mis-sentejn kalendarji ta’ qabel il-valutazzjoni mill-awtorità tat-TLPT fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(1)
|
ishma f’kumpaniji u titoli oħrajn ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħrajn, u riċevuti depożitarji fir-rigward tal-ishma;
|
|
(2)
|
bonds jew forom oħrajn ta’ dejn titolizzat, inklużi r-riċevuti depożitarji fir-rigward ta’ tali titoli;
|
|
(3)
|
derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (29), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014,
|
|
(4)
|
prodotti finanzjarji strutturati kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (28), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
|
|
(5)
|
kwoti tal-emissjonijiet kif imsemmija fit-Taqsima C, il-punt (11), tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
|
|
|
|
(g)
|
impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
|
(i)
|
ikollhom primjum gross miktub (GWP, gross written premium) li jaqbeż il-EUR 1 500 000 000;
|
|
(ii)
|
ikollhom dispożizzjonijiet tekniċi li jaqbżu l-EUR 10 000 000 000;
|
|
(iii)
|
impriżi tal-assigurazzjoni li joffru biss attivitajiet tal-ħajja jew li joffru kemm attivitajiet tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja u li għandhom assi totali li jaqbżu t-3,5 % tas-somma tal-assi totali stmati f’konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni stabbiliti fl-Istat Membru;
|
|
Għall-finijiet ta’ (f)(ii), meta ċ-ċentru ta’ negozjar ikun parti minn grupp li jikkondividi s-sistemi tal-ICT jew l-istess fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT, għandu jitqies il-fatturat tal-kuntratti tat-titoli u tad-derivattivi fiċ-ċentri ta’ negozjar kollha li jappartjenu għall-istess grupp u li jkunu stabbiliti fl-Unjoni.
Għall-finijiet tal-punt (g), l-awtoritajiet tat-TLPT għandhom jidentifikaw subsett tal-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni billi japplikaw il-kriterji stabbiliti fil-punti (g)(i), (ii), u (iii). L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni inklużi f’dak is-subsett għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu TLPT meta jissodisfaw ukoll kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
primjum gross miktub (GWP) li jaqbeż it-EUR 3 000 000 000;
|
|
(b)
|
dispożizzjonijiet tekniċi li jaqbżu t-EUR 30 000 000 000;
|
|
(c)
|
assi totali li jaqbżu l-10 % tas-somma tal-assi totali stmati f’konformità mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni stabbiliti fl-Istat Membru.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.06.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1190
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|