+Network Security
|
Network Security
Implement controls to prevent and detect unauthorized network connections. Establish and maintain a secure configuration baseline for all network components, following vendor instructions, industry standards, and best practices. Ensure Confidentiality, Integrity, and Availability (CIA) of data during network transmission. Prevent and detect data leakage, and secure data transfer with external parties. Implement measures to secure network traffic between internal networks and the internet/external connections. Apply encryption for all communication protocols over corporate, public, domestic, thirdparty, and wireless networks, based on data classification and risk assessments.
Regularly review roles and responsibilities for defining, implementing, approving, changing, and reviewing firewall rules and connection filters.
Financial entities shall perform the review of firewall rules and connections filters on a regular basis according to the classification and overall risk profile of ICT systems involved. For the ICT systems supporting critical or important functions, the financial entities shall verify the adequacy of the existing firewall rules and connection filters at least every six months.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 9 4
4. Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom:
|
(a)
|
jiżviluppaw u jiddokumentaw politika tas-sigurtà tal-informazzjoni li tiddefinixxi r-regoli għall-protezzjoni tad-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, l-assi tal-informazzjoni u l-assi tal-ICT, inkluż dawk tal-klijenti tagħhom, fejn applikabbli;
|
|
(b)
|
waqt li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jistabbilixxu struttura għaqlija għall-ġestjoni tan-netwerk u tal-infrastruttura bl-użu ta’ tekniki, metodi u protokolli xierqa li jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi awtomatizzati biex jiżolaw l-assi tal-informazzjoni fil-każ li jintlaqtu minn ċiberattakki;
|
|
(c)
|
jimplimentaw politiki li jillimitaw l-aċċess fiżiku jew loġiku għall-assi tal-informazzjoni u għall-assi tal-ICT għal dak li huwa meħtieġ għall-funzjonijiet u l-attivitajiet leġittimi u approvati biss, u għal dak il-għan jistabbilixxu sett ta’ politiki, proċeduri u kontrolli li jindirizzaw id-drittijiet tal-aċċess u jiżguraw l-amministrazzjoni għaqlija tagħhom;
|
|
(d)
|
jimplimentaw politiki u protokolli għal mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni b’saħħithom, ibbażati fuq standards rilevanti u sistemi ta’ kontroll dedikati, u miżuri ta’ protezzjoni ta’ ċwievet kriptografiċi li bihom id-data tiġi kriptata abbażi tar-riżultati ta’ proċessi approvati ta’ klassifikazzjoni tad-data u ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-ICT;
|
|
(e)
|
jimplimentaw politiki, proċeduri u kontrolli dokumentati għall-ġestjoni tal-bidliet fl-ICT, inkluż bidliet fis-software, fil-hardware, fil-komponenti tal-firmware, parametri ta’ sistemi jew sigurtà, li jkunu bbażati fuq approċċ ta’ valutazzjoni tar-riskju u li huma parti integrali mill-proċess globali ta’ ġestjoni tat-tibdil tal-entità finanzjarja, sabiex jiżguraw li l-bidliet kollha fis-sistemi tal-ICT jiġu rreġistrati, ittestjati, ivvalutati, approvati, implimentati u vverifikati b’mod ikkontrollat;
|
|
(f)
|
ikollhom politiki dokumentati xierqa u komprensivi għal software korrettiv u ta’ aġġornament.
|
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-entitajiet finanzjarji għandhom ifasslu l-infrastruttura tal-konnessjoni tan-netwerk b’tali mod li din tkun tista’ tinqata’ b’mod istantanju jew tiġi segmentata sabiex jimminimizzaw u jipprevjenu l-kontaġju, speċjalment tal-proċessi finanzjarji interkonnessi.
Għall-finijiet tal- ewwel subparagrafu, il-punt (e), il-proċess ta’ ġestjoni tat-tibdil fl-ICT għandu jiġi approvat mil-livelli xierqa tal-maniġment u għandu jkollu protokolli speċifiċi stabbiliti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 12 4
4. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom iżommu kapaċitajiet tal-ICT żejda mgħammra b’riżorsi, kapaċitajiet u funzjonijiet li huma adegwati biex jiżguraw il-ħtiġijiet tan-negozju. Il-mikrointrapriżi għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li jżommu tali kapaċitajiet żejda tal-ICT abbażi tal-profil tar-riskju tagħhom.
|
|
EULAW
|
Artikolu 13 Ġestjoni tas-sigurtà tan-network
Artikolu 13
Ġestjoni tas-sigurtà tan-network
L-entitajiet finanzjarji għandhom, bħala parti mis-salvagwardji li jiżguraw is-sigurtà tan-networks kontra l-intrużjonijiet u l-użu ħażin tad-data, jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politiki, proċeduri, protokolli u għodod dwar il-ġestjoni tas-sigurtà tan-network, inklużi dawn kollha li ġejjin:
(a)
is-segregazzjoni u s-segmentazzjoni tas-sistemi u tan-networks tal-ICT filwaqt li jitqiesu:
(i)
il-kritikalità jew l-importanza tal-funzjoni li jappoġġaw dawk is-sistemi u n-networks tal-ICT;
(ii)
il-klassifikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554;
(iii)
il-profil tar-riskju kumplessiv tal-assi tal-ICT bl-użu ta’ dawk is-sistemi u networks;
(b)
id-dokumentazzjoni tal-konnessjonijiet tan-network u l-flussi tad-data kollha tal-entità finanzjarja;
(c)
l-użu ta’ network separat u ddedikat għall-amministrazzjoni tal-assi tal-ICT;
(d)
l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli tal-aċċess għan-network biex jiġu evitati u identifikati konnessjonijiet man-network tal-entità finanzjarja minn kwalunkwe apparat jew sistema mhux awtorizzati, jew kwalunkwe punt tat-tmiem li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-entità finanzjarja;
(e)
il-kriptaġġ tal-konnessjonijiet tan-network li jgħaddu minn fuq in-networks korporattivi, in-networks pubbliċi, in-networks domestiċi, in-networks ta’ partijiet terzi, u n-networks mingħajr fili, għall-protokolli ta’ komunikazzjoni użati, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-klassifikazzjoni tad-data approvata, ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT u l-kriptaġġ tal-konnessjonijiet tan-network imsemmija fl-Artikolu 6(2);
(f)
id-disinn ta’ networks f’konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-ICT stabbiliti mill-entità finanzjarja, filwaqt li jitqiesu l-prattiki ewlenin biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tan-network;
(g)
l-iżgurar tat-traffiku tan-network bejn in-networks interni u l-Internet u konnessjonijiet esterni oħrajn;
(h)
l-identifikazzjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet u tal-passi għall-ispeċifikazzjoni, għall-implimentazzjoni, għall-approvazzjoni, għat-tibdil u għar-rieżami tar-regoli dwar il-firewalls u tal-filtri tal-konnessjonijiet;
(i)
il-prestazzjoni tar-rieżamijiet tal-arkitettura tan-network u tad-disinn tas-sigurtà tan-network darba fis-sena, u perjodikament għall-mikrointrapriżi, biex jiġu identifikati l-vulnerabbiltajiet potenzjali;
(j)
il-miżuri biex jiġu iżolati temporanjament, meta meħtieġ, is-subnetworks, u l-komponenti u l-apparati tan-network;
(k)
l-implimentazzjoni ta’ linja bażi ta’ konfigurazzjoni sigura tal-komponenti kollha tan-network, u t-twebbis tan-network u tal-apparati tan-network f’konformità ma’ kwalunkwe struzzjoni tal-bejjiegħ, u, meta applikabbli, standards, kif iddefiniti fl-Artikolu 2, il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u prattiki ewlenin;
(l)
il-proċeduri biex jiġu llimitati, imblokkati u tterminati s-sistema u s-sessjonijiet mill-bogħod wara perjodu speċifikat ta’ inattività;
(m)
għall-ftehimiet dwar is-servizzi tan-network:
(i)
l-identifikazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-ICT u tal-informazzjoni, tal-livelli ta’ servizz u tar-rekwiżiti ta’ ġestjoni tas-servizzi kollha tan-network;
(ii)
jekk dawk is-servizzi humiex ipprovduti minn fornitur ta’ servizzi intragrupp tal-ICT jew minn fornituri terz ta’ servizzi tal-ICT.
Għall-finijiet tal-punt (h), l-entitajiet finanzjarji għandhom iwettqu r-rieżami tar-regoli dwar il-firewall u tal-filtri tal-konnessjonijiet fuq bażi regolari f’konformità mal-klassifikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 u mal-profil tar-riskju ġenerali tas-sistemi tal-ICT involuti. Għas-sistemi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom jivverifikaw l-adegwatezza tar-regoli eżistenti dwar il-firewall u l-filtri ta’ konnessjoni mill-anqas kull 6 xhur.
|
- NOREA -
EN: DORA in Control Framework of NOREA, the Dutch professional association of IT auditors, https://www.norea.nl/. © NOREA. Reproduced with the permission of NOREA; converted into the GRCA format. Only the version published by NOREA is authoritative.
DE: DORA in Control Framework von NOREA, dem niederländischen Berufsverband der IT-Auditoren, https://www.norea.nl/. © NOREA. Wiedergabe mit Genehmigung von NOREA; in das GRCA-Format umgewandelt. Maßgeblich ist allein die von NOREA veröffentlichte Fassung.
|