+Security Monitoring (SIEM)
|
Security Monitoring (SIEM)
Put in place mechanisms to detect anomalous activities, including network performance issues, incidents (reported by the third-parties in the services that they provide), and potential material single points of failure. The mechanisms shall enable multi-layers of control, define alerting thresholds, monitoring on specific events and criteria to automatically trigger incident response. Identify and implement tools generating alerts of anomalous activities and behaviour, at least for ICT assets and information assets supporting critical or important functions. Devote sufficient resources to detection and monitoring activities, especially to cybersecurity attacks.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 9 1.
Bħala parti mill-politiki, mill-proċeduri, mill-protokolli u mill-għodod tas-sigurtà tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw proċeduri ta’ ġestjoni tal-kapaċità u tal-prestazzjoni għal dawn li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-kapaċità tas-sistemi tal-ICT tagħhom;
(b)
l-applikazzjoni tal-ottimizzazzjoni tar-riżorsi;
(c)
il-proċeduri ta’ monitoraġġ għall-manutenzjoni u t-titjib ta’:
(i)
id-disponibbiltà tas-sistemi tad-data u tal-ICT;
(ii)
l-effiċjenza tas-sistemi tal-ICT;
(iii)
il-prevenzjoni ta’ nuqqas ta’ kapaċità tal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 9 2.
Il-proċeduri ta’ ġestjoni tal-kapaċità u tal-prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-entitajiet finanzjarji jieħdu miżuri li huma xierqa biex jissodisfaw l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tal-ICT bi proċessi twal jew kumplessi ta’ akkwist jew ta’ approvazzjoni jew sistemi tal-ICT li huma intensivi fl-użu tar-riżorsi.
|
|
EULAW
|
Artikolu 12 2.
Il-proċeduri, il-protokolli, u l-għodod tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tal-avvenimenti li għandhom jiġu rreġistrati, il-perjodu ta’ żamma tar-reġistri, u l-miżuri biex tiġi żgurata u mmaniġġjata d-data tar-reġistri, filwaqt li jitqies l-iskop li għalih jinħolqu r-reġistri;
(b)
l-allinjament tal-livell ta’ dettall tar-reġistri mal-iskop u l-użu tagħhom biex tkun tista’ ssir id-detezzjoni effettiva ta’ attivitajiet anomali kif imsemmi fl-Artikolu 24;
(c)
ir-rekwiżit li jiġu rreġistrati l-avvenimenti relatati ma’ dawn kollha li ġejjin:
(i)
il-kontroll loġiku u fiżiku tal-aċċess, kif imsemmi fl-Artikolu 21, u l-ġestjoni tal-identità;
(ii)
il-ġestjoni tal-kapaċità;
(iv)
l-operazzjonijiet tal-ICT, inklużi attivitajiet tas-sistema tal-ICT;
(v)
l-attivitajiet tat-traffiku tan-network, inkluża l-prestazzjoni tan-network tal-ICT;
(d)
miżuri għall-protezzjoni ta’ sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ informazzjoni tar-reġistru minn tbagħbis, tħassir u aċċess mhux awtorizzat waqt li jkunu wieqfa, fi tranżitu, u, meta rilevanti, waqt l-użu;
(e)
miżuri biex jiġi individwat falliment tas-sistemi ta’ reġistrazzjoni;
(f)
mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit regolatorju applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġi ta’ kull waħda mis-sistemi tal-ICT tal-entità finanzjarja fuq sors tal-ħin ta’ referenza affidabbli ddokumentat.
Għall-finijiet tal-punt (a), l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu l-perjodu ta’ żamma, filwaqt li jqisu l-objettivi tas-sigurtà tan-negozju u tal-informazzjoni, ir-raġuni għar-reġistrazzjoni tal-avveniment fir-reġistri u r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 10 1
1. L-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi biex jindividwaw fil-pront attivitajiet anomali, skont l-Artikolu 17, inkluż kwistjonijiet ta’ prestazzjoni tan-netwerk tal-ICT u inċidenti relatati mal-ICT, u biex jidentifikaw il-punti uniċi materjali potenzjali ta’ falliment.
Il-mekkaniżmi ta’ individwazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ttestjati regolarment f’konformità mal-Artikolu 25.
|
|
EULAW
|
Artikolu 10 2
2. Il-mekkaniżmi ta’ individwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippermettu diversi saffi ta’ kontroll, jiddefinixxu l-limiti ta’ twissija u l-kriterji għall-iskattar u għall-bidu tal-proċessi ta’ rispons għal inċidenti relatati mal-ICT, inkluż mekkaniżmi ta’ twissija awtomatiċi għall-persunal rilevanti responsabbli mir-rispons għal inċidenti relatati mal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 10 3
3. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiddedikaw riżorsi u kapaċitajiet suffiċjenti biex jimmonitorjaw l-attività tal-utenti, l-okkorrenza ta’ anomaliji tal-ICT u inċidenti relatati mal-ICT, b’mod partikolari ċ-ċiberattakki.
|
|
EULAW
|
Artikolu 10 4
4. Barra minn hekk, fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data, għandu jkollhom fis-seħħ sistemi li jistgħu jivverifikaw b’mod effettiv ir-rapporti kummerċjali għall-kompletezza, jidentifikaw omissjonijiet u żbalji ovvji, u jitolbu ritrażmissjoni ta’ dawk ir-rapporti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 12 1.
L-entitajiet finanzjarji għandhom, bħala parti mis-salvagwardji kontra l-intrużjonijiet u l-użu ħażin tad-data, jiżviluppaw, jiddokumentaw, u jimplimentaw proċeduri, protokolli u għodod ta’ reġistrazzjoni.
|
|
EULAW
|
Artikolu 23 2.
Il-mekkaniżmu biex jiġu individwati fil-pront attivitajiet anomali, inklużi kwistjonijiet ta’ prestazzjoni tan-network tal-ICT u inċidenti relatati mal-ICT, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, għandu jippermetti lill-entitajiet finanzjarji:
(a)
jiġbru, jimmonitorjaw u janalizzaw dawn kollha li ġejjin:
(i)
il-fatturi interni u esterni, inklużi mill-anqas ir-reġistri miġbura f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni mill-funzjonijiet tan-negozju u tal-ICT, u kwalunkwe problema rrapportata mill-utenti tal-entità finanzjarja;
(ii)
it-theddid ċibernetiku intern u estern potenzjali, filwaqt li jitqiesu x-xenarji użati b’mod komuni minn atturi u xenarji ta’ theddid ibbażati fuq attività ta’ intelligence tat-theddid;
(iii)
notifika ta’ inċident relatat mal-ICT minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT tal-entità finanzjarja individwat fis-sistemi u n-networks tal-ICT tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT u li jista’ jaffettwa lill-entità finanzjarja;
(b)
jidentifikaw attivitajiet u mġiba anomali, u jimplimentaw għodod li jiġġeneraw allerti għal attivitajiet u mġiba anomali, mill-anqas għall-assi tal-ICT u għall-assi ta’ informazzjoni li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;
(c)
jagħtu prijorità lill-allerti imsemmija fil-punt (b) biex jippermettu l-ġestjoni tal-inċidenti relatati mal-ICT individwati fil-ħin ta’ riżoluzzjoni mistenni, kif speċifikat mill-entitajiet finanzjarji, kemm matul kif ukoll barra l-ħinijiet tax-xogħol;
(d)
jirreġistraw, janalizzaw u jevalwaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet u l-imġiba anomali kollha b’mod awtomatiku jew manwali.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-għodod imsemmija f’dak il-punt għandu jkun fihom l-għodod li jipprovdu allerti awtomatizzati bbażati fuq regoli predefiniti biex jiġu identifikati l-anomaliji li jaffettwaw il-kompletezza u l-integrità tas-sorsi tad-data jew il-ġbir tar-reġistri.
|
|
EULAW
|
Artikolu 23 3.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jipproteġu kwalunkwe reġistrazzjoni tal-attivitajiet anomali kontra t-tbagħbis u l-aċċess mhux awtorizzat waqt li jkunu wieqfa, fi tranżitu u, meta rilevanti, waqt l-użu.
|
|
EULAW
|
Artikolu 23 4.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jirreġistraw l-informazzjoni rilevanti kollha għal kull attività anomala individwata li tippermetti:
(a)
l-identifikazzjoni tad-data u l-ħin tal-okkorrenza tal-attività anomala;
(b)
l-identifikazzjoni tad-data u l-ħin tal-individwazzjoni tal-attività anomala;
(c)
l-identifikazzjoni tat-tip tal-attività anomala.
|
- NOREA -
EN: DORA in Control Framework of NOREA, the Dutch professional association of IT auditors, https://www.norea.nl/. © NOREA. Reproduced with the permission of NOREA; converted into the GRCA format. Only the version published by NOREA is authoritative.
DE: DORA in Control Framework von NOREA, dem niederländischen Berufsverband der IT-Auditoren, https://www.norea.nl/. © NOREA. Wiedergabe mit Genehmigung von NOREA; in das GRCA-Format umgewandelt. Maßgeblich ist allein die von NOREA veröffentlichte Fassung.
|