+Resilient Systems

Resilient Systems

Use and maintain ICT systems, protocols, and tools that are up to date and:

  • Tailored to the magnitude of ICT operations
  • Reliable
  • Equipped with sufficient capacity to accurately process data and to deal with peak orders, message or transaction volumes as needed
  • Technologically resilient to deal with additional processing needs under stressed market conditions or other adverse market conditions

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 8 1

1.   Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw, jikklassifikaw u jiddokumentaw b’mod adegwat il-funzjonijiet tan-negozju kollha appoġġjati mill-ICT, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, l-assi ta’ informazzjoni u l-assi tal-ICT li jappoġġjaw dawk il-funzjonijiet, u r-rwoli u d-dipendenzi tagħhom fir-rigward tar-riskju tal-ICT. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw kif meħtieġ, u mill-inqas darba fis-sena, l-adegwatezza ta’ din il-klassifikazzjoni u ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.

EULAW Artikolu 7 Sistemi, protokolli u għodod tal-ICT

Sabiex jindirizzaw u jimmaniġġaw ir-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw u jżommu sistemi, protokolli u għodod tal-ICT aġġornati li huma:

EULAW Artikolu 8 5

5.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw u jiddokumentaw il-proċessi kollha li jiddependu fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, u għandhom jidentifikaw l-interkonnessjonijiet ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdu servizzi li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.

EULAW Artikolu 8 6

6.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 4 u 5, l-entitajiet finanzjarji għandhom iżommu inventarji rilevanti u jaġġornawhom perjodikament u kull darba li sseħħ kwalunkwe bidla kbira kif imsemmi fil-paragrafu 3.

EULAW Artikolu 4 1.
Bħala parti mill-politiki, mill-proċeduri, mill-protokolli u mill-għodod ta’ sigurtà tal-ICT msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politika dwar il-ġestjoni tal-assi tal-ICT.
EULAW Artikolu 4 2.

Il-politika dwar il-ġestjoni tal-assi tal-ICT msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a) 

tippreskrivi l-monitoraġġ u l-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi tal-ICT identifikati u kklassifikati f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(b) 

tippreskrivi li l-entità finanzjarja żżomm rekords ta’ dawn kollha li ġejjin:

(i) 

l-identifikatur uniku ta’ kull assi tal-ICT;

(ii) 

informazzjoni dwar il-post, fiżiku jew loġiku, tal-assi kollha tal-ICT;

(iii) 

il-klassifikazzjoni tal-assi kollha tal-ICT, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2254;

(iv) 

l-identità tas-sidien tal-assi tal-ICT;

(v) 

il-funzjonijiet jew is-servizzi tan-negozju appoġġati mill-assi tal-ICT;

(vi) 

ir-rekwiżiti tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, inklużi l-objettivi tal-ħin ta’ rkupru u l-objettivi tal-punt ta’ rkupru;

(vii) 

jekk l-assi tal-ICT jistax ikun jew huwiex espost għal networks esterni, inkluż l-Internet;

(viii) 

ir-rabtiet u l-interdipendenzi fost l-assi tal-ICT u l-funzjonijiet tan-negozju bl-użu ta’ kull assi tal-ICT;

(ix) 

meta applikabbli, għall-assi kollha tal-ICT, id-dati tat-tmiem tas-servizzi ta’ appoġġ regolari, estiż u personalizzat tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li warajhom dawk l-assi tal-ICT ma jibqgħux appoġġati mill-fornitur tagħhom jew minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

(c) 

għall-entitajiet finanzjarji għajr il-mikrointrapriżi, tippreskrivi li dawk l-entitajiet finanzjarji jżommu rekords tal-informazzjoni meħtieġa biex titwettaq valutazzjoni speċifika tar-riskju tal-ICT fis-sistemi tal-ICT miruta kollha msemmija fl-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) 2022/2554.

EULAW Artikolu 5 1.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw proċedura għall-ġestjoni tal-assi tal-ICT.
EULAW Artikolu 5 2.

Il-proċedura għall-ġestjoni tal-assi tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-kriterji għat-twettiq tal-valutazzjoni tal-kritikalità tal-assi tal-informazzjoni u tal-assi tal-ICT li jappoġġaw il-funzjonijiet tan-negozju. Dik il-valutazzjoni għandha tqis:

(a) 

ir-riskju tal-ICT relatat ma’ dawk il-funzjonijiet tan-negozju u d-dipendenzi tagħhom fuq l-assi tal-informazzjoni jew l-assi tal-ICT;

(b) 

kif it-telf ta’ kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà ta’ dawn l-assi ta’ informazzjoni u l-assi tal-ICT jaffettwa l-proċessi u l-attivitajiet tan-negozju tal-entitajiet finanzjarji.

  • NOREA -

    EN: DORA in Control Framework of NOREA, the Dutch professional association of IT auditors, https://www.norea.nl/. © NOREA. Reproduced with the permission of NOREA; converted into the GRCA format. Only the version published by NOREA is authoritative.

    DE: DORA in Control Framework von NOREA, dem niederländischen Berufsverband der IT-Auditoren, https://www.norea.nl/. © NOREA. Wiedergabe mit Genehmigung von NOREA; in das GRCA-Format umgewandelt. Maßgeblich ist allein die von NOREA veröffentlichte Fassung.