+Crisis Management

Crisis Management

Formulate and maintain a crisis management team tasked with overseeing and coordinating actions during a crisis or major disruption. Regularly review recovery/response plans. Make necessary adjustments to enhance effectiveness.

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 11 1

1.   Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1) u abbażi tar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 8, l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu politika komprensiva tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, li tista’ tiġi adottata bħala politika speċifika dedikata, li tifforma parti integrali mill-politika globali tal-kontinwità tal-operat tal-entità finanzjarja.

EULAW Artikolu 11 6

6.   Bħala parti mill-ġestjoni komprensiva tar-riskju tal-ICT tagħhom, l-entitajiet finanzjarji għandhom:

(a)

jittestjaw il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet ta’ rispons u rkupru għall-ICT fir-rigward tas-sistemi tal-ICT li jappoġġjaw il-funzjonijiet kollha mill-anqas darba f’sena, kif ukoll fil-każ ta’ kwalunkwe bidla sostantiva fis-sistemi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;

(b)

jittestjaw il-pjanijiet ta’ komunikazzjoni tal-kriżijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 14.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jinkludu fil-pjanijiet tal-ittestjar xenarji ta’ ċiberattakki u l-qlib minn infrastruttura primarja tal-ICT għall-oħra u l-kapaċità żejda, il-backups u l-faċilitajiet żejda meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 12.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrevedu regolarment il-politika tagħhom tal-kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet tagħhom ta’ rispons u rkupru għall-ICT, filwaqt li jqisu r-riżultati tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu u mar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn kontrolli tal-awditjar jew rieżamijiet superviżorji.

EULAW Artikolu 11 2

2.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jimplimentaw il-politika tal-kontinwità tal-operat tal-ICT permezz ta’ arranġamenti, pjanijiet, proċeduri u mekkaniżmi ddedikati, xierqa u ddokumentati bil-għan li:

(a)

jiżguraw il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja;

(b)

jirrispondu malajr, b’mod xieraq u effettiv għall-inċidenti kollha relatati mal-ICT, u jirriżolvuhom, b’mod li jillimita l-ħsara u jagħti prijorità lit-tkomplija tal-attivitajiet u tal-azzjonijiet ta’ rkupru;

(c)

jattivaw, mingħajr dewmien, pjanijiet iddedikati li jippermettu miżuri ta’ trażżin, proċessi u teknoloġiji adatti għal kull tip ta’ inċident relatat mal-ICT u jipprevjenu aktar ħsara, kif ukoll proċeduri ta’ rispons u rkupru mfassla apposta stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 12;

(d)

jagħtu stima preliminari tal-impatti, il-ħsarat u t-telf;

(e)

jistipulaw azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet li jiżguraw li l-informazzjoni aġġornata tintbagħat lill-persunal intern u lill-partijiet ikkonċernati esterni rilevanti kollha f’konformità mal-Artikolu 14, u jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 19.

EULAW Artikolu 11 4

4.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu, iżommu u jittestjaw perjodikament il-pjanijiet xierqa tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, b’mod partikolari fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti esternalizzati jew ikkuntrattati permezz ta’ arranġamenti ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

EULAW Artikolu 11 5

5.   Bħala parti mill-politika ġenerali tal-kontinwità tal-operat, l-entitajiet finanzjarji għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozju (BIA) tal-esponiment tagħhom għal tqallib serju fl-operat. Skont il-BIA, l-entitajiet finanzjarji għandhom jivvalutaw l-impatt potenzjali ta’ tqallib serju fl-operat permezz ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi, bl-użu ta’ data interna u esterna u analiżi tax-xenarji, kif xieraq. Il-BIA għandha tikkunsidra l-kritikalità tal-funzjonijiet tan-negozju identifikati u mmappjati, il-proċessi ta’ appoġġ, id-dipendenzi ta’ partijiet terzi u l-assi tal-informazzjoni, u l-interdipendenzi tagħhom. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-assi tal-ICT u s-servizzi tal-ICT jitfasslu u jintużaw f’allinjament sħiħ mal-BIA, b’mod partikolari sabiex jiżguraw kif xieraq ir-ridondanza tal-komponenti kritiċi kollha.

EULAW Artikolu 11 7

7.   L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandu jkollhom funzjoni ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, li, f’każ ta’ attivazzjoni tal-pjanijiet tagħhom ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT jew tal-pjanijiet tagħhom ta’ rispons u rkupru għall-ICT, għandha, fost oħrajn, tistabbilixxi proċeduri ċari għall-ġestjoni tal-komunikazzjonijiet interni u esterni għall-kriżijiet f’konformità mal-Artikolu 14.

EULAW Artikolu 11 8

8.   L-entitajiet finanzjarji għandhom iżommu rekords aċċessibbli fil-pront tal-attivitajiet qabel u waqt każijiet ta’ tfixkil meta jiġu attivati l-pjanijiet tagħhom ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet tagħhom ta’ rispons u ta’ rkupru għall-ICT.

EULAW Artikolu 11 9

9.   Id-depożitorji ċentrali tat-titoli għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bil-kopji tar-riżultati tat-testijiet tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, jew ta’ eżerċizzji simili.

EULAW Artikolu 11 10

10.   L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tagħhom, stima annwali aggregata tal-kostijiet u tat-telf ikkawżati minn inċidenti kbar relatati mal-ICT.

EULAW Artikolu 14 1

1.   Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom fis-seħħ pjanijiet ta’ komunikazzjoni tal-kriżijiet li jippermettu divulgazzjoni responsabbli ta’ inċidenti jew vulnerabbiltajiet relatati mal-ICT, tal-anqas dawk kbar, mal-klijenti u mal-kontropartijiet, kif ukoll mal-pubbliku, kif xieraq.

EULAW Artikolu 24 1.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu fil-politika tagħhom dwar il-kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 dawn kollha li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni ta’:

(i) 

l-objettivi tal-politika dwar il-kontinwità tal-operat tal-ICT, inkluża l-interrelazzjoni tal-ICT u l-kontinwità tal-operat ġenerali, u filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozju (BIA) msemmija fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(ii) 

l-ambitu tal-arranġamenti, tal-pjanijiet, tal-proċeduri u tal-mekkaniżmi tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, inklużi l-limitazzjonijiet u l-esklużjonijiet;

(iii) 

il-perjodu ta’ żmien li għandu jiġi kopert mill-arranġamenti, mill-pjanijiet, mill-proċeduri u mill-mekkaniżmi tal-kontinwità tal-operat tal-ICT;

(iv) 

il-kriterji biex jiġu attivati u diżattivati l-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT, il-pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT, u l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni f’każ ta’ kriżi;

(b) 

dispożizzjonijiet dwar:

(i) 

il-governanza u l-organizzazzjoni biex tiġi implimentata l-politika dwar il-kontinwità tal-operat tal-ICT, inklużi r-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-proċeduri ta’ eskalazzjoni li jiżguraw li jkunu disponibbli riżorsi suffiċjenti;

(ii) 

l-allinjament bejn il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet ġenerali ta’ kontinwità tal-operat, li jikkonċerna mill-anqas dawn kollha li ġejjin:

(1) 

xenarji potenzjali ta’ falliment, inklużi x-xenarji msemmija fl-Artikolu 26(2) ta’ dan ir-Regolament;

(2) 

objettivi ta’ rkupru, li jispeċifikaw li l-entità finanzjarja għandha tkun tista’ tirkupra l-operazzjonijiet tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti tagħha wara tfixkil f’objettiv ta’ ħin ta’ rkupru u objettiv ta’ punt ta’ rkupru;

(iii) 

l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT għal tfixkil serju fin-negozju bħala parti minn dawk il-pjanijiet, u l-prijoritizzazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju;

(iv) 

l-iżvilupp, l-ittestjar u r-rieżami tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT, f’konformità mal-Artikoli 25 u 26 ta’ dan ir-Regolament;

(v) 

ir-rieżami tal-effettività tal-arranġamenti, tal-pjanijiet, tal-proċeduri u tal-mekkaniżmi ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT implimentati, f’konformità mal-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament;

(vi) 

l-allinjament tal-politika dwar il-kontinwità tal-operat tal-ICT ma’:

(1) 

il-politika dwar il-komunikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(2) 

l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ komunikazzjoni tal-kriżijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2022/2554.

EULAW Artikolu 24 2.

Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-kontropartijiet ċentrali għandhom jiżguraw li l-politika dwar il-kontinwità tal-operat tal-ICT tagħhom:

(a) 

ikun fiha ħin massimu ta’ rkupru għall-funzjonijiet kritiċi tagħhom li ma jkunx itwal minn sagħtejn;

(b) 

tqis ir-rabtiet esterni u l-interdipendenzi fl-infrastrutturi finanzjarji, inklużi ċ-ċentri tan-negozjar approvati mill-kontroparti ċentrali, is-saldu tat-titoli u s-sistemi ta’ pagament, u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu użati mill-kontroparti ċentrali jew minn kontroparti ċentrali konnessa;

(c) 

tirrikjedi li jkun hemm arranġamenti stabbiliti biex:

(i) 

jiżguraw il-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-kontroparti ċentrali abbażi ta’ xenarji ta’ diżastri;

(ii) 

iżommu sit tal-ipproċessar sekondarju li kapaċi jiżgura l-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-kontroparti ċentrali identiċi għas-sit primarju;

(iii) 

iżommu jew ikollhom aċċess immedjat għal sit ta’ negozju sekondarju, biex jippermettu lill-persunal jiżgura l-kontinwità tas-servizz jekk il-post primarju tan-negozju ma jkunx disponibbli;

(iv) 

iqisu l-ħtieġa ta’ siti addizzjonali ta’ pproċessar, b’mod partikolari jekk id-diversità tal-profili tar-riskji tas-siti primarji u sekondarji ma tipprovdix biżżejjed kunfidenza li l-objettivi ta’ kontinwità tal-operat tal-kontroparti ċentrali se jintlaħqu fix-xenarji kollha.

Għall-finijiet tal-punt (a), il-kontropartijiet ċentrali għandhom ilestu l-proċeduri u l-pagamenti ta’ tmiem il-jum fil-ħin u fil-jum meħtieġa fiċ-ċirkostanzi kollha.

Għall-finijiet tal-punt (c)(i), l-arranġamenti msemmija f’dak il-punt għandhom jindirizzaw id-disponibbiltà ta’ riżorsi umani adegwati, il-ħin ta’ qtugħ tas-servizz massimu għal funzjonijiet kritiċi u l-kommutazzjoni awtomatika u l-irkupru ta’ sit sekondarju.

Għall-finijiet tal-punt (c)(ii), is-sit tal-ipproċessar sekondarju msemmi f’dak il-punt għandu jkollu profil tar-riskju ġeografiku li jkun distint minn dak tas-sit primarju.

EULAW Artikolu 24 3.

Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, id-depożitorji ċentrali tat-titoli għandhom jiżguraw li l-politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT tagħhom:

(a) 

tqis kwalunkwe rabta u interdipendenza mal-utenti, mal-utilitajiet kritiċi u mal-fornituri kritiċi tas-servizzi, depożitorji ċentrali tat-titoli oħrajn u infrastrutturi tas-suq oħrajn;

(b) 

tirrikjedi li l-arranġamenti tagħha għall-kontinwità tal-operat tal-ICT jiżguraw li l-objettiv tal-ħin tal-irkupru għall-funzjonijiet kritiċi jew importanti tagħhom ma jkunx itwal minn sagħtejn.

EULAW Artikolu 24 4.

Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jiżguraw li l-politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT tagħhom tiżgura li:

(a) 

in-negozjar jista’ jerġa’ jinbeda wara sagħtejn jew kważi sagħtejn minn inċident ta’ tfixkil;

(b) 

l-ammont massimu ta’ data li tista’ tintilef minn kwalunkwe servizz tal-IT taċ-ċentru tan-negozjar wara inċident ta’ tfixkil ikun qrib iż-żero.

EULAW Artikolu 25 1.
Meta jittestjaw il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozju (BIA) tal-entità finanzjarja u l-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament.
EULAW Artikolu 25 2.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jivvalutaw permezz tal-ittestjar tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 jekk ikunux kapaċi jiżguraw il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja. Dak l-ittestjar għandu:

(a) 

jitwettaq abbażi ta’ xenarji ta’ ttestjar li jissimulaw tfixkil potenzjali, inkluż sett adegwat ta’ xenarji severi iżda plawżibbli;

(b) 

jinkludi l-ittestjar tas-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, meta applikabbli;

(c) 

għall-entitajiet finanzjarji, minbarra l-mikrointrapriżi, kif imsemmi fl-Artikolu 11(6), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2022/2554, ikun fih xenarji ta’ tibdil mill-infrastruttura primarja tal-ICT għall-kapaċità żejda, il-backups u l-faċilitajiet żejda;

(d) 

ikun imfassal biex jisfida s-suppożizzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati l-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat, inklużi l-arranġamenti ta’ governanza u l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni dwar il-kriżijiet;

(e) 

jinkludi proċeduri biex tiġi vverifikata l-kapaċità tal-persunal tal-entitajiet finanzjarji, tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, tas-sistemi tal-ICT u tas-servizzi tal-ICT li jwieġbu b’mod adegwat għax-xenarji debitament meqjusa f’konformità mal-Artikolu 26(2).

Għall-finijiet tal-punt (a), l-entitajiet finanzjarji dejjem għandhom jinkludu fl-ittestjar ix-xenarji meqjusa għall-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu debitament ix-xenarji marbuta mal-insolvenza jew il-fallimenti tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jew marbuta mar-riskji politiċi fil-ġuriżdizzjonijiet tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, meta rilevanti.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ittestjar għandu jivverifika jekk mill-anqas funzjonijiet kritiċi jew importanti jistgħux jitħaddmu kif xieraq għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti, u jekk il-funzjonament normali jistax jerġa’ jiġi rrestawrat.

EULAW Artikolu 25 3.

Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, il-kontropartijiet ċentrali għandhom jinvolvu fl-ittestjar tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

il-membri tal-ikklerjar;

(b) 

il-fornituri esterni;

(c) 

l-istituzzjonijiet rilevanti fl-infrastruttura finanzjarja li magħhom il-kontropartijiet ċentrali identifikaw interdipendenzi fil-politiki tagħhom dwar il-kontinwità tal-operat.

EULAW Artikolu 25 4.

Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, id-depożitorji ċentrali tat-titoli għandhom jinvolvu fl-ittestjar tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, kif xieraq:

(a) 

l-utenti tad-depożitorji ċentrali tat-titoli;

(b) 

il-fornituri ta’ utilitajiet kritiċi u servizzi kritiċi;

(c) 

depożitorji ċentrali tat-titoli oħrajn;

(d) 

infrastrutturi tas-suq oħrajn;

(e) 

kwalunkwe istituzzjoni oħra li magħha d-depożitorji ċentrali tat-titoli identifikaw interdipendenzi fil-politika ta’ kontinwità tal-operat tagħhom.

EULAW Artikolu 25 5.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jiddokumentaw ir-riżultati tal-ittestjar imsemmi fil-paragrafu 1. Kwalunkwe nuqqas identifikat li jirriżulta minn dak l-ittestjar għandu jiġi analizzat, indirizzat u rrapportat lill-korp maniġerjali.
EULAW Artikolu 26 1.

Meta jiżviluppaw il-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozju (BIA) tal-entità finanzjarja. Dawk il-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT għandhom:

(a) 

jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li jwasslu għall-attivazzjoni jew għad-diżattivazzjoni tagħhom, u kwalunkwe eċċezzjoni għal din l-attivazzjoni jew diżattivazzjoni;

(b) 

jiddeskrivu liema azzjonijiet għandhom jittieħdu biex jiġu żgurati d-disponibbiltà, l-integrità, il-kontinwità u l-irkupru ta’ mill-anqas sistemi u servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja;

(c) 

ikunu mfassla biex jissodisfaw l-objettivi ta’ rkupru tal-operazzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji;

(d) 

jiġu ddokumentati u jsiru disponibbli għall-persunal involut fl-eżekuzzjoni tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT u jkunu faċilment aċċessibbli f’każ ta’ emerġenza;

(e) 

jipprevedu kemm opzjonijiet ta’ rkupru fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien twil, inkluż l-irkupru parzjali tas-sistemi;

(f) 

jistabbilixxu l-objettivi tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT u l-kundizzjonijiet biex tiġi ddikjarata l-eżekuzzjoni b’suċċess ta’ dawk il-pjanijiet.

Għall-finijiet tal-punt (d), l-entitajiet finanzjarji għandhom jispeċifikaw b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet.

EULAW Artikolu 26 2.

Il-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidentifikaw ix-xenarji rilevanti, inklużi xenarji ta’ tfixkil serju fin-negozju u probabbiltà akbar ta’ okkorrenza ta’ tfixkil. Dawk il-pjanijiet għandhom jiżviluppaw xenarji bbażati fuq informazzjoni kurrenti dwar it-theddid u dwar it-tagħlimiet meħuda minn okkorrenzi preċedenti ta’ tfixkil fin-negozju. L-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu debitament ix-xenarji kollha li ġejjin:

(a) 

attakki ċibernetiċi u kommutazzjonijiet bejn l-infrastruttura primarja tal-ICT u l-kapaċità żejda, il-backups u l-faċilitajiet żejda;

(b) 

xenarji li fihom il-kwalità tal-forniment ta’ funzjoni kritika jew importanti tiddeterjora għal livell inaċċettabbli jew tfalli, u jitqies debitament l-impatt potenzjali tal-insolvenza, jew fallimenti oħrajn, ta’ kwalunkwe fornitur terz ta’ servizzi terzi tal-ICT rilevanti;

(c) 

falliment parzjali jew totali tal-bini, inkluż il-bini tal-uffiċċju u tan-negozju, u ċ-ċentri tad-data;

(d) 

falliment sostanzjali tal-assi tal-ICT jew tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni;

(e) 

in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ għadd kritiku ta’ persunal jew ta’ membri tal-persunal responsabbli biex jiggarantixxu l-kontinwità tal-operazzjonijiet;

(f) 

l-impatt tat-tibdil fil-klima u ta’ avvenimenti relatati mad-degradazzjoni tal-ambjent, diżastri naturali, pandemiji u attakki fiżiċi, inklużi intrużjonijiet u attakki terroristiċi;

(g) 

attakki minn ġewwa;

(h) 

instabbiltà politika u soċjali, inkluż, meta rilevanti, fil-ġuriżdizzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT u fil-post fejn id-data tinħażen u tiġi pproċessata;

(i) 

qtugħ ta’ dawl mifrux.

EULAW Artikolu 26 3.
Meta l-miżuri ta’ rkupru primarju jistgħu ma jkunux fattibbli fuq perjodu ta’ żmien qasir minħabba kostijiet, riskji, loġistika jew ċirkostanzi mhux previsti, il-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu għażliet alternattivi.
EULAW Artikolu 26 4.
Bħala parti mill-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu u jimplimentaw miżuri ta’ kontinwità biex jimmitigaw il-fallimenti ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja.
  • NOREA -

    EN: DORA in Control Framework of NOREA, the Dutch professional association of IT auditors, https://www.norea.nl/. © NOREA. Reproduced with the permission of NOREA; converted into the GRCA format. Only the version published by NOREA is authoritative.

    DE: DORA in Control Framework von NOREA, dem niederländischen Berufsverband der IT-Auditoren, https://www.norea.nl/. © NOREA. Wiedergabe mit Genehmigung von NOREA; in das GRCA-Format umgewandelt. Maßgeblich ist allein die von NOREA veröffentlichte Fassung.