+Project Risk Management
|
Project Risk Management
Perform a risk assessment of the ICT project. Conduct testing of all project management requirements, including security requirements. Establish an approval process for deploying to the production environment.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 15 1.
Bħala parti mis-salvagwardji biex jiġu ppreżervati d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politika ta’ ġestjoni tal-proġetti tal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 15 2.
Il-politika ta’ ġestjoni tal-proġetti tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi li jiżguraw il-ġestjoni effettiva tal-proġetti tal-ICT relatati mal-akkwiżizzjoni, mal-manutenzjoni u, meta applikabbli, mal-iżvilupp tas-sistemi tal-ICT tal-entità finanzjarja.
|
|
EULAW
|
Artikolu 15 3.
Il-politika ta’ ġestjoni tal-proġetti tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dan kollu li ġej:
(a)
l-objettivi tal-proġetti tal-ICT;
(b)
il-governanza tal-proġetti tal-ICT, inklużi r-rwoli u r-responsabbiltajiet;
(c)
l-ippjanar, il-perjodu ta’ żmien u l-passi tal-proġetti tal-ICT;
(d)
valutazzjoni tar-riskju tal-proġetti tal-ICT;
(e)
stadji importanti rilevanti;
(f)
rekwiżiti tal-ġestjoni tat-tibdil;
(g)
l-ittestjar tar-rekwiżiti kollha, inklużi r-rekwiżiti tas-sigurtà u l-proċess ta’ approvazzjoni rispettiv meta tintuża sistema tal-ICT fl-ambjent ta’ produzzjoni.
|
|
EULAW
|
Artikolu 15 4.
Il-politika ta’ ġestjoni tal-proġetti tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura l-implimentazzjoni sigura tal-proġetti tal-ICT permezz tal-għoti tal-informazzjoni u l-għarfien espert meħtieġa mill-qasam tan-negozju jew mill-funzjonijiet affettwati mill-proġett tal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 15 5.
F’konformità mal-valutazzjoni tar-riskju tal-proġetti tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (d), il-politika ta’ ġestjoni tal-proġetti tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprevedi li l-istabbiliment u l-progress tal-proġetti tal-ICT li jkollhom impatt fuq funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja u r-riskji assoċjati tagħhom jiġu rrapportati lill-korp maniġerjali kif ġej:
(a)
individwalment jew f’aggregazzjoni, skont l-importanza u d-daqs tal-proġetti tal-ICT;
(b)
perjodikament u, meta meħtieġ, fuq bażi mmexxija minn avvenimenti.
|
- NOREA -
EN: DORA in Control Framework of NOREA, the Dutch professional association of IT auditors, https://www.norea.nl/. © NOREA. Reproduced with the permission of NOREA; converted into the GRCA format. Only the version published by NOREA is authoritative.
DE: DORA in Control Framework von NOREA, dem niederländischen Berufsverband der IT-Auditoren, https://www.norea.nl/. © NOREA. Wiedergabe mit Genehmigung von NOREA; in das GRCA-Format umgewandelt. Maßgeblich ist allein die von NOREA veröffentlichte Fassung.
|