+ICT Monitoring

ICT Monitoring

Develop, document and implement capacity and performance management procedures to identify capacity requirements of their ICT systems and apply resource optimisation and monitoring procedures to maintain and improve the availability of data and ICT systems and efficiency of ICT systems and prevent ICT capacity shortages.

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 8 1.
Bħala parti mill-politiki, mill-proċeduri, mill-protokolli u mill-għodod tas-sigurtà tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politiki u proċeduri għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet tal-ICT. Dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom jispeċifikaw kif l-entitajiet finanzjarji joperaw, jimmonitorjaw, jikkontrollaw u jirrestawraw l-assi tal-ICT tagħhom, inkluża d-dokumentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-ICT.
EULAW Artikolu 8 2.

Il-politiki u l-proċeduri għall-operazzjonijiet tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni tal-assi tal-ICT, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(i) 

ir-rekwiżiti dwar l-installazzjoni, il-manutenzjoni, il-konfigurazzjoni u d-deinstallazzjoni siguri ta’ sistema tal-ICT;

(ii) 

ir-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tal-assi tal-informazzjoni użati mill-assi tal-ICT, inklużi l-ipproċessar u l-immaniġġar tagħhom, kemm awtomatizzati kif ukoll manwali;

(iii) 

ir-rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni u l-kontroll tas-sistemi tal-ICT miruta;

(b) 

il-kontrolli u l-monitoraġġ tas-sistemi tal-ICT, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(i) 

backup u restawr tar-rekwiżiti tas-sistemi tal-ICT;

(ii) 

rekwiżiti ta’ skedar, filwaqt li jitqiesu l-interdipendenzi fost is-sistemi tal-ICT;

(iii) 

protokolli għall-informazzjoni tar-rekord tal-awditjar u tar-reġistru tas-sistema;

(iv) 

rekwiżiti biex jiġi żgurat li t-twettiq tal-awditjar intern u ttestjar ieħor jimminimizza t-tfixkil fl-operazzjonijiet kummerċjali;

(v) 

rekwiżiti dwar is-separazzjoni tal-ambjenti ta’ produzzjoni tal-ICT mill-ambjenti tal-iżvilupp, tal-ittestjar u minn ambjenti oħrajn mhux tal-produzzjoni;

(vi) 

rekwiżiti għat-twettiq tal-iżvilupp u l-ittestjar f’ambjenti li jkunu separati mill-ambjent ta’ produzzjoni;

(vii) 

rekwiżiti għat-twettiq tal-iżvilupp u l-ittestjar fl-ambjenti ta’ produzzjoni;

(c) 

it-trattament tal-iżbalji li jikkonċernaw is-sistemi tal-ICT, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(i) 

proċeduri u protokolli għat-trattament tal-iżbalji;

(ii) 

kuntatti ta’ appoġġ u eskalazzjoni, inklużi kuntatti ta’ appoġġ estern f’każ ta’ kwistjonijiet operazzjonali jew tekniċi mhux mistennija;

(iii) 

bidu mill-ġdid tas-sistema tal-ICT, it-treġija lura u l-proċeduri ta’ rkupru għall-użu f’każ ta’ tfixkil fis-sistema tal-ICT.

Għall-finijiet tal-punt (b)(v), is-separazzjoni għandha tqis il-komponenti kollha tal-ambjent, inklużi l-kontijiet, id-data jew il-konnessjonijiet, kif meħtieġ mill-Artikolu 13, l-ewwel subartikolu, il-punt (a).

Għall-finijiet tal-punt (b)(vii), il-politiki u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprevedu li l-każijiet li fihom jitwettaq l-ittestjar f’ambjent ta’ produzzjoni jkunu identifikati b’mod ċar, immotivati, ikunu għal perjodi ta’ żmien limitati u jiġu approvati mill-funzjoni rilevanti f’konformità mal-Artikolu 16(6). L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw id-disponibbiltà, il-kunfidenzjalità, l-integrità u l-awtentiċità tas-sistemi tal-ICT u tad-data tal-produzzjoni matul l-iżvilupp u l-attivitajiet ta’ ttestjar fl-ambjent ta’ produzzjoni.

EULAW Artikolu 9 1.

Bħala parti mill-politiki, mill-proċeduri, mill-protokolli u mill-għodod tas-sigurtà tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw proċeduri ta’ ġestjoni tal-kapaċità u tal-prestazzjoni għal dawn li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-kapaċità tas-sistemi tal-ICT tagħhom;

(b) 

l-applikazzjoni tal-ottimizzazzjoni tar-riżorsi;

(c) 

il-proċeduri ta’ monitoraġġ għall-manutenzjoni u t-titjib ta’:

(i) 

id-disponibbiltà tas-sistemi tad-data u tal-ICT;

(ii) 

l-effiċjenza tas-sistemi tal-ICT;

(iii) 

il-prevenzjoni ta’ nuqqas ta’ kapaċità tal-ICT.

EULAW Artikolu 9 2.
Il-proċeduri ta’ ġestjoni tal-kapaċità u tal-prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-entitajiet finanzjarji jieħdu miżuri li huma xierqa biex jissodisfaw l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tal-ICT bi proċessi twal jew kumplessi ta’ akkwist jew ta’ approvazzjoni jew sistemi tal-ICT li huma intensivi fl-użu tar-riżorsi.
EULAW Artikolu 12 2.

Il-proċeduri, il-protokolli, u l-għodod tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-avvenimenti li għandhom jiġu rreġistrati, il-perjodu ta’ żamma tar-reġistri, u l-miżuri biex tiġi żgurata u mmaniġġjata d-data tar-reġistri, filwaqt li jitqies l-iskop li għalih jinħolqu r-reġistri;

(b) 

l-allinjament tal-livell ta’ dettall tar-reġistri mal-iskop u l-użu tagħhom biex tkun tista’ ssir id-detezzjoni effettiva ta’ attivitajiet anomali kif imsemmi fl-Artikolu 24;

(c) 

ir-rekwiżit li jiġu rreġistrati l-avvenimenti relatati ma’ dawn kollha li ġejjin:

(i) 

il-kontroll loġiku u fiżiku tal-aċċess, kif imsemmi fl-Artikolu 21, u l-ġestjoni tal-identità;

(ii) 

il-ġestjoni tal-kapaċità;

(iii) 

il-ġestjoni tat-tibdil;

(iv) 

l-operazzjonijiet tal-ICT, inklużi attivitajiet tas-sistema tal-ICT;

(v) 

l-attivitajiet tat-traffiku tan-network, inkluża l-prestazzjoni tan-network tal-ICT;

(d) 

miżuri għall-protezzjoni ta’ sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ informazzjoni tar-reġistru minn tbagħbis, tħassir u aċċess mhux awtorizzat waqt li jkunu wieqfa, fi tranżitu, u, meta rilevanti, waqt l-użu;

(e) 

miżuri biex jiġi individwat falliment tas-sistemi ta’ reġistrazzjoni;

(f) 

mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit regolatorju applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġi ta’ kull waħda mis-sistemi tal-ICT tal-entità finanzjarja fuq sors tal-ħin ta’ referenza affidabbli ddokumentat.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu l-perjodu ta’ żamma, filwaqt li jqisu l-objettivi tas-sigurtà tan-negozju u tal-informazzjoni, ir-raġuni għar-reġistrazzjoni tal-avveniment fir-reġistri u r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT.

  • NOREA -

    EN: DORA in Control Framework of NOREA, the Dutch professional association of IT auditors, https://www.norea.nl/. © NOREA. Reproduced with the permission of NOREA; converted into the GRCA format. Only the version published by NOREA is authoritative.

    DE: DORA in Control Framework von NOREA, dem niederländischen Berufsverband der IT-Auditoren, https://www.norea.nl/. © NOREA. Wiedergabe mit Genehmigung von NOREA; in das GRCA-Format umgewandelt. Maßgeblich ist allein die von NOREA veröffentlichte Fassung.