+Clock Synchronization Standardization
|
Clock Synchronization Standardization
Ensure clock synchronization of all ICT systems to a single reliable reference source time.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 8 1.
Bħala parti mill-politiki, mill-proċeduri, mill-protokolli u mill-għodod tas-sigurtà tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politiki u proċeduri għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet tal-ICT. Dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom jispeċifikaw kif l-entitajiet finanzjarji joperaw, jimmonitorjaw, jikkontrollaw u jirrestawraw l-assi tal-ICT tagħhom, inkluża d-dokumentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 8 2.
Il-politiki u l-proċeduri għall-operazzjonijiet tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni tal-assi tal-ICT, inklużi dawn kollha li ġejjin:
(i)
ir-rekwiżiti dwar l-installazzjoni, il-manutenzjoni, il-konfigurazzjoni u d-deinstallazzjoni siguri ta’ sistema tal-ICT;
(ii)
ir-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tal-assi tal-informazzjoni użati mill-assi tal-ICT, inklużi l-ipproċessar u l-immaniġġar tagħhom, kemm awtomatizzati kif ukoll manwali;
(iii)
ir-rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni u l-kontroll tas-sistemi tal-ICT miruta;
(b)
il-kontrolli u l-monitoraġġ tas-sistemi tal-ICT, inklużi dawn kollha li ġejjin:
(i)
backup u restawr tar-rekwiżiti tas-sistemi tal-ICT;
(ii)
rekwiżiti ta’ skedar, filwaqt li jitqiesu l-interdipendenzi fost is-sistemi tal-ICT;
(iii)
protokolli għall-informazzjoni tar-rekord tal-awditjar u tar-reġistru tas-sistema;
(iv)
rekwiżiti biex jiġi żgurat li t-twettiq tal-awditjar intern u ttestjar ieħor jimminimizza t-tfixkil fl-operazzjonijiet kummerċjali;
(v)
rekwiżiti dwar is-separazzjoni tal-ambjenti ta’ produzzjoni tal-ICT mill-ambjenti tal-iżvilupp, tal-ittestjar u minn ambjenti oħrajn mhux tal-produzzjoni;
(vi)
rekwiżiti għat-twettiq tal-iżvilupp u l-ittestjar f’ambjenti li jkunu separati mill-ambjent ta’ produzzjoni;
(vii)
rekwiżiti għat-twettiq tal-iżvilupp u l-ittestjar fl-ambjenti ta’ produzzjoni;
(c)
it-trattament tal-iżbalji li jikkonċernaw is-sistemi tal-ICT, inklużi dawn kollha li ġejjin:
(i)
proċeduri u protokolli għat-trattament tal-iżbalji;
(ii)
kuntatti ta’ appoġġ u eskalazzjoni, inklużi kuntatti ta’ appoġġ estern f’każ ta’ kwistjonijiet operazzjonali jew tekniċi mhux mistennija;
(iii)
bidu mill-ġdid tas-sistema tal-ICT, it-treġija lura u l-proċeduri ta’ rkupru għall-użu f’każ ta’ tfixkil fis-sistema tal-ICT.
Għall-finijiet tal-punt (b)(v), is-separazzjoni għandha tqis il-komponenti kollha tal-ambjent, inklużi l-kontijiet, id-data jew il-konnessjonijiet, kif meħtieġ mill-Artikolu 13, l-ewwel subartikolu, il-punt (a). Għall-finijiet tal-punt (b)(vii), il-politiki u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprevedu li l-każijiet li fihom jitwettaq l-ittestjar f’ambjent ta’ produzzjoni jkunu identifikati b’mod ċar, immotivati, ikunu għal perjodi ta’ żmien limitati u jiġu approvati mill-funzjoni rilevanti f’konformità mal-Artikolu 16(6). L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw id-disponibbiltà, il-kunfidenzjalità, l-integrità u l-awtentiċità tas-sistemi tal-ICT u tad-data tal-produzzjoni matul l-iżvilupp u l-attivitajiet ta’ ttestjar fl-ambjent ta’ produzzjoni.
|
|
EULAW
|
Artikolu 9 1.
Bħala parti mill-politiki, mill-proċeduri, mill-protokolli u mill-għodod tas-sigurtà tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw proċeduri ta’ ġestjoni tal-kapaċità u tal-prestazzjoni għal dawn li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-kapaċità tas-sistemi tal-ICT tagħhom;
(b)
l-applikazzjoni tal-ottimizzazzjoni tar-riżorsi;
(c)
il-proċeduri ta’ monitoraġġ għall-manutenzjoni u t-titjib ta’:
(i)
id-disponibbiltà tas-sistemi tad-data u tal-ICT;
(ii)
l-effiċjenza tas-sistemi tal-ICT;
(iii)
il-prevenzjoni ta’ nuqqas ta’ kapaċità tal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 9 2.
Il-proċeduri ta’ ġestjoni tal-kapaċità u tal-prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-entitajiet finanzjarji jieħdu miżuri li huma xierqa biex jissodisfaw l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tal-ICT bi proċessi twal jew kumplessi ta’ akkwist jew ta’ approvazzjoni jew sistemi tal-ICT li huma intensivi fl-użu tar-riżorsi.
|
|
EULAW
|
Artikolu 12 2.
Il-proċeduri, il-protokolli, u l-għodod tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tal-avvenimenti li għandhom jiġu rreġistrati, il-perjodu ta’ żamma tar-reġistri, u l-miżuri biex tiġi żgurata u mmaniġġjata d-data tar-reġistri, filwaqt li jitqies l-iskop li għalih jinħolqu r-reġistri;
(b)
l-allinjament tal-livell ta’ dettall tar-reġistri mal-iskop u l-użu tagħhom biex tkun tista’ ssir id-detezzjoni effettiva ta’ attivitajiet anomali kif imsemmi fl-Artikolu 24;
(c)
ir-rekwiżit li jiġu rreġistrati l-avvenimenti relatati ma’ dawn kollha li ġejjin:
(i)
il-kontroll loġiku u fiżiku tal-aċċess, kif imsemmi fl-Artikolu 21, u l-ġestjoni tal-identità;
(ii)
il-ġestjoni tal-kapaċità;
(iv)
l-operazzjonijiet tal-ICT, inklużi attivitajiet tas-sistema tal-ICT;
(v)
l-attivitajiet tat-traffiku tan-network, inkluża l-prestazzjoni tan-network tal-ICT;
(d)
miżuri għall-protezzjoni ta’ sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ informazzjoni tar-reġistru minn tbagħbis, tħassir u aċċess mhux awtorizzat waqt li jkunu wieqfa, fi tranżitu, u, meta rilevanti, waqt l-użu;
(e)
miżuri biex jiġi individwat falliment tas-sistemi ta’ reġistrazzjoni;
(f)
mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit regolatorju applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġi ta’ kull waħda mis-sistemi tal-ICT tal-entità finanzjarja fuq sors tal-ħin ta’ referenza affidabbli ddokumentat.
Għall-finijiet tal-punt (a), l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu l-perjodu ta’ żamma, filwaqt li jqisu l-objettivi tas-sigurtà tan-negozju u tal-informazzjoni, ir-raġuni għar-reġistrazzjoni tal-avveniment fir-reġistri u r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT.
|
- NOREA -
EN: DORA in Control Framework of NOREA, the Dutch professional association of IT auditors, https://www.norea.nl/. © NOREA. Reproduced with the permission of NOREA; converted into the GRCA format. Only the version published by NOREA is authoritative.
DE: DORA in Control Framework von NOREA, dem niederländischen Berufsverband der IT-Auditoren, https://www.norea.nl/. © NOREA. Wiedergabe mit Genehmigung von NOREA; in das GRCA-Format umgewandelt. Maßgeblich ist allein die von NOREA veröffentlichte Fassung.
|