+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 5.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar id-distribuzzjoni ġeografika tal-iskoperturi skont il-pajjiż, kif ukoll l-iskoperturi aggregati f’livell totali, kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 9, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.4. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-formoli 9.1 u 9.2, u b’mod partikolari informazzjoni dwar id-distribuzzjoni ġeografika ta’ skoperturi skont il-pajjiż, fejn l-iskoperturi oriġinali mhux domestiċi fil-pajjiżi mhux domestiċi kollha fil-klassijiet ta’ skopertura kollha, kif irrapportati skont l-Anness I, il-formola 4, ir-ringiela 0850, ikunu daqs jew akbar minn 10 % tat-total tal-iskoperturi oriġinali domestiċi u mhux domestiċi kif irrapportat skont l-Anness I, il-formola 4, ir-ringiela 0860. L-iskoperturi għandhom jitqiesu bħala domestiċi meta jkunu skoperturi għal kontropartijiet li jinsabu fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-istituzzjoni. Il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ stabbiliti fl-Artikolu 4 għandhom japplikaw.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW_GA -
EULAW_GA
|