+ANNESS IX
|
ANNESS IX
ANNESS IX
STRUZZJONIJIET GĦAR-RAPPORTAR TAL-ISKOPERTURI KBAR U TAR-RISKJU TAL-KONĊENTRAZZJONI
|
Werrej
|
|
|
PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
1.
|
Struttura u konvenzjonijiet
|
|
2.
|
Taqsiriet
|
|
|
PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-FORMOLI
|
|
1.
|
Kamp ta’ applikazzjoni u livell ta’ rapportar tal-LE
|
|
2.
|
Struttura tal-formola LE
|
|
3.
|
Definizzjonijiet u struzzjonijiet ġenerali għall-iskopijiet tar-rapportar tal-LE
|
|
4.
|
C 26.00 — Formola tal-limitu tal-LE
|
|
4.1.
|
Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi
|
|
5.
|
C 27.00 — Identifikazzjoni tal-kontroparti (LE1)
|
|
5.1.
|
Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
|
|
6.
|
C 28.00 - Skoperturi fil-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar (LE2)
|
|
6.1.
|
Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
|
|
7.
|
C 29.00 - Dettalji tal-iskoperturi għal klijenti individwali fi gruppi ta’ klijenti konnessi (LE3)
|
|
7.1.
|
Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
|
PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI
1.
Struttura u konvenzjonijiet
1. Il-qafas ta’ rapportar dwar skoperturi kbar (“large exposures - LE”) għandu jikkonsisti f’erba’ formoli li jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a)
limiti tal-iskoperturi kbar;
(b)
identifikazzjoni tal-kontroparti (formola LE1);
(c)
skoperturi fil-portafoll mhux tan-negozju u dak tan-negozju (formola LE2);
(d)
dettall tal-iskoperturi għal klijenti individwali fi ħdan gruppi ta’ klijenti konnessi (formola LE3);
2. L-istruzzjonijiet jinkludu referenzi legali kif ukoll informazzjoni dettaljata dwar id-data li għandha tiġi rapportata f’kull formola.
3. L-istruzzjonijiet u r-regoli dwar il-validazzjoni isegwu l-konvenzjoni tat-tikkettar stabbilita fil-paragrafi li ġejjin, meta jirreferu għal kolonni, ringieli u ċelloli tal-formoli.
4. Il-konvenzjoni li ġejja ġeneralment tintuża fl-istruzzjonijiet u fir-regoli ta’ validazzjoni: {Formola;Ringiela;Kolonna}. Sinjal ta’ asterisk jintuża biex jesprimi li l-validazzjoni hija magħmula għar-ringieli kollha rrapportati.
5. Fil-każ ta’ validazzjonijiet f’formola, li fiha jintużaw biss punti ta’ data ta’ dik il-formola, in-notamenti ma jirreferux għal formola: {Ringiela;Kolonna}.
6. ABS(Valur): il-valur assolut mingħajr sinjal. Kwalunkwe ammont li jżid l-iskoperturi għandu jiġi rrapportat bħala ċifra pożittiva. Għall-kuntrarju, kwalunkwe ammont li jnaqqas l-iskoperturi għandu jiġi rrapportat bħala ċifra negattiva. Fejn hemm sinjal negattiv (-) qabel it-tikketta ta’ entrata, ma għandha tiġi rrapportata l-ebda ċifra pożittiva għal dik l-entrata.
2.
Taqsiriet
7. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa msejjaħ is-“CRR”.
PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-FORMOLI
1.
Kamp ta’ applikazzjoni u livell ta’ rapportar tal-LE
1. Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar skoperturi kbar għal klijenti jew għal gruppi ta’ klijenti konnessi skont l-Artikolu 394(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“CRR”) fuq bażi individwali, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formoli LE1, LE2 u LE3.
2. Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar skoperturi kbar għal klijenti jew għal gruppi ta’ klijenti konnessi skont l-Artikolu 394(1) tas-CRR fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru għandhom jużaw il-formoli LE1, LE2 u LE3.
3. Kull skopertura kbira definita skont l-Artikolu 392 tas-CRR għandha tiġi rrapportata, inkluż l-iskoperturi kbar li ma għandhomx jitqiesu għall-konformità mal-limitu ta’ skopertura kbira stabbilit fl-Artikolu 395 tas-CRR.
4. Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar l-akbar 20 skopertura għal klijenti jew gruppi ta’ klijenti konnessi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 394(1) tas-CRR fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet omm fi Stat Membru li huma soġġetti għall-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, tas-CRR għandhom jużaw il-formoli LE1, LE2 u LE3. Il-valur tal-iskopertura li jirriżulta meta jitnaqqas l-ammont fil-kolonna 320 (“Ammonti eżentati”) tal-formola LE2 mill-ammont fil-kolonna 210 (“Total”) ta’ dik l-istess formola huwa l-ammont li għandu jintuża għad-determinazzjoni ta’ dawn l-akbar 20 skopertura.
5. Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar l-akbar għaxar skoperturi għall-istituzzjonijiet, fuq bażi konsolidata, kif ukoll dwar l-akbar għaxar skoperturi għal entitajiet bankarji paralleli li jwettqu attivitajiet bankarji barra mill-qafas regolat fuq bażi konsolidata, skont l-Artikolu 394(2), punti (a) sa (d), tas-CRR, l-istituzzjonijiet omm fi Stat Membru għandhom jużaw il-formoli LE1, LE2 u LE3. Il-valur tal-iskopertura kkalkolat fil-kolonna 210 (“Total”) tal-formola LE2 huwa l-ammont li għandu jintuża għad-determinazzjoni ta’ dawn l-akbar 20 skopertura.
6. Sabiex tiġi rrapportata informazzjoni dwar skoperturi b’valur akbar minn jew ugwali għal EUR 300 miljun iżda inqas minn 10 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni fuq bażi konsolidata skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 394(1) tas-CRR, l-istituzzjonijiet omm fi Stat Membru għandhom jużaw il-formoli LE1, LE2 u LE3. Il-valur tal-iskopertura kkalkolat fil-kolonna 210 (“Total”) tal-formola LE2 huwa l-ammont li għandu jintuża għad-determinazzjoni ta’ dawn l-iskoperturi.
7. Id-data dwar l-iskoperturi kbar u l-akbar skoperturi rilevanti kif ukoll id-data dwar l-iskoperturi ta’ valur akbar minn jew ugwali għal EUR 300 miljun iżda inqas minn 10 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni għal gruppi ta’ klijenti konnessi u klijenti individwali li ma jappartjenux għal grupp ta’ klijenti konnessi għandha tiġi rrapportata fil-formola LE2 (li fiha grupp ta’ klijenti konnessi jiġi rrapportat bħala skopertura waħda).
8. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw fil-formoli LE3 data dwar l-iskoperturi għal klijenti individwali li jappartjenu għall-gruppi ta’ klijenti konnessi, li jkunu rapportati fil-formola LE2. Ir-rapportar ta’ skopertura għal klijent individwali fil-formola LE2 ma għandux jiġi dduplikat fil-formola LE3.
2.
Struttura tal-formola LE
9. Il-kolonni tal-formola LE1 għandhom jippreżentaw l-informazzjoni relatata mal-identifikazzjoni ta’ klijenti individwali jew ta’ gruppi ta’ klijenti konnessi li istituzzjoni jkollha skopertura għalihom.
10. Il-kolonni tal-formoli LE2 u LE3 għandhom jippreżentaw dawn il-blokok ta’ informazzjoni:
(a)
il-valur tal-iskopertura qabel l-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet u qabel ma jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, inkluż skoperturi addizzjonali diretti, indiretti u l-iskoperturi addizzjonali li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti;
(b)
l-effett tal-eżenzjonijiet u tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu;
(c)
il-valur tal-iskopertura wara l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kkalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1) tas-CRR.
3.
Definizzjonijiet u struzzjonijiet ġenerali għall-iskopijiet tar-rapportar tal-LE
11. “Grupp ta’ klijenti konnessi” hija definita fl-Artikolu 4(1), punt (39) tas-CRR.
12. “Istituzzjonijiet” hija definita fl-Artikolu 4(1), punt (3) tas-CRR.
13. Skoperturi għal “assoċjazzjonijiet taħt id-dritt ċivili” għandhom jiġu rrapportati. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu l-ammonti ta’ kreditu tal-assoċjazzjoni taħt id-dritt ċivili mad-dejn ta’ kull sieħeb. Skoperturi lejn l-assoċjazzjonijiet tad-dritt ċivili li jkollhom kwoti għandhom jiġu diviżi jew allokati lis-sħab skont il-kwoti rispettivi tagħhom. Ċerti kostruzzjonijiet (eż. kontijiet konġunti, komunitajiet tal-werrieta, teħid ta’ self f’isem ħaddieħor) li jaħdmu bħala assoċjazzjonijiet tad-dritt ċivili jridu jiġu rrapportati bħalhom.
14. Assi u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għandhom jintużaw mingħajr ponderazzjonijiet tar-riskju jew gradi ta’ riskju f’konformità mal-Artikolu 389 tas-CRR. Speċifikament, fatturi tal-konverżjoni ta’ kreditu ma għandhomx ikunu applikati għal entrati li huma barra l-karta bilanċjali.
15. “Skoperturi” huma definiti fl-Artikolu 389 tas-CRR.
(a)
“skoperturi” huma kwalunkwe assi jew entrata barra l-karta bilanċjali fil-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar inklużi entrati stabbiliti fl-Artikolu 400 tas-CRR, iżda esklużi entrati li jaqgħu taħt l-Artikolu 390(6), il-punti (a) sa (d) tas-CRR.
(b)
“skoperturi indiretti” huma dawk l-iskoperturi allokati lill-garanti jew lill-emittent tal-kollateral minflok lill-mutwatarju immedjat skont l-Artikolu 403 tas-CRR. Id-definizzjonijiet hawnhekk ma jistgħu jvarjaw mill-ebda aspett possibbli mid-definizzjonijiet previsti fl-att bażiku.
16. L-iskoperturi għal gruppi ta’ klijenti konnessi għandhom jiġu kkalkolati skont l-Artikolu 390(1) tas-CRR.
17. Il-“ftehimiet ta’ netting” għandhom ikunu jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni għall-effetti tal-valur tal-iskoperturi l-kbar kif stabbilit fl-Artikolu 390(3), (4) u (5) tas-CRR. Il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II tas-CRR u tal-kuntratti tad-derivattivi ta’ kreditu li jsiru direttament ma’ klijent għandu jiġi ddeterminat skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6 tas-CRR bl-effetti tal-kuntratti ta’ novazzjoni u ftehimiet oħra ta’ netting li jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dawk il-metodi skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 3 sat-Taqsima 5 tas-CRR. Il-valur tal-iskopertura ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet, tranżazzjonijiet ta’ saldu twil u tranżazzjonijiet mutwanti b’marġini jista’ jiġi ddeterminat jew skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4 jew il-Kapitolu 6 tas-CRR. B’konformità mal-Artikolu 296 tas-CRR, il-valur tal-iskopertura ta’ obbligu legali wieħed li jirriżulta mill-ftehim kuntrattwali ta’ netting bejn prodotti differenti ma’ kontroparti tal-istituzzjoni tar-rapportar jiġi rrapportat bħala “impenji oħrajn” fil-formoli LE.
18. Il-“valur ta’ skopertura” għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 390 tas-CRR.
19. L-effett tal-applikazzjoni sħiħa jew parzjali tal-eżenzjonijiet u l-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu eliġibbli (CRM) għall-finijiet tal-kalkolu tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395(1) tas-CRR huwa speċifikat fl-Artikoli 399 sa 403 tas-CRR.
20. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw skoperturi li jirriżultaw minn ftehimiet ta’ retroriakkwist f’konformità mal-Artikolu 402(3) tas-CRR. Sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji fl-Artikolu 402(3) tas-CRR, l-istituzzjoni għandha tirrapporta l-iskoperturi kbar għal kull parti terza għall-ammont tal-pretensjoni li l-kontroparti tat-tranżazzjoni jkollha fuq din il-parti terza u mhux għall-ammont tal-iskopertura għall-kontroparti.
4.
C 26.00 — Formola tal-limitu tal-LE
4.1. Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi
|
Ringieli
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
010
|
Mhux istituzzjonijiet
L-Artikolu 395(1), l-Artikolu 458(2), il-punt (d)(ii), l-Artikolu 458(10) u l-Artikolu 459, il-punt (b) tas-CRR
L-ammont tal-limitu applikabbli għal kontropartijiet minbarra l-istituzzjonijiet għandu jiġi rrapportat. Dan l-ammont huwa 25 % tal-kapital tal-Grad 1, li huwa rrapportat fir-ringiela 015 tal-formola C 01.00 tal-Anness I, sakemm ma japplikax perċentwal aktar restrittiv minħabba l-applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali skont l-Artikolu 458 tas-CRR jew l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 462 fir-rigward tar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 459, il-punt (b) tas-CRR.
|
|
020
|
Istituzzjonijiet
L-Artikolu 395(1), l-Artikolu 458(2), il-punt (d)(ii), l-Artikolu 458(10) u l-Artikolu 459, il-punt (b) tas-CRR
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammont tal-limitu applikabbli għall-kontropartijiet li huma istituzzjonijiet. F’konformità mal-Artikolu 395(1) tas-CRR, dan l-ammont ikun dan li ġej:
— jekk il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 ikun akbar minn EUR 150 miljun (jew limitu aktar baxx minn EUR 150 miljun stabbilit mill-awtorità kompetenti skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 395(1) tas-CRR), għandu jiġi rrapportat 25 % tal-kapital tal-Grad 1;
— jekk EUR 150 miljun (jew limitu aktar baxx stabbilit mill-awtorità kompetenti skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 395(1) tas-CRR) ikun akbar minn 25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni, għandhom jiġu rrapportati EUR 150 miljun (jew il-limitu aktar baxx jekk stabbilit mill-awtorità kompetenti). Jekk l-istituzzjoni tkun iddeterminat limitu aktar baxx f’termini tal-kapital tal-Grad 1 tagħha, meħtieġ mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(1) tas-CRR, dak il-limitu għandu jiġi rrapportat.
Dawn il-limiti jistgħu jkunu aktar stretti f’każ ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali skont l-Artikolu 395(6) jew l-Artikolu 458 tas-CRR jew l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 462 fir-rigward tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 459, punt (b) tas-CRR.
|
|
030
|
Istituzzjonijiet f’%
L-Artikoli 395(1) u 459, il-punt (a) tas-CRR
L-ammont li għandu jiġi rrapportat huwa l-limitu assolut (irrapportat fir-ringiela 020) espress bħala perċentwal tal-kapital tal-Grad 1.
|
|
040
|
Istituzzjonijiet Globali Sistemikament Importanti (G-SIIs)
L-Artikoli 395(1) tas-CRR
Għandu jiġi rrapportat l-ammont tal-limitu applikabbli għall-kontropartijiet li huma istituzzjoni jew grupp identifikati bħala G-SII jew bħala G-SII mhux tal-UE. F’konformità mal-Artikolu 395(1) tas-CRR, dan il-limitu għandu jkun dan li ġej:
— G-SII ma għandhiex iġġarrab skopertura għal istituzzjoni jew grupp ieħor identifikat bħala G-SII jew G-SII mhux tal-UE, li l-valur tagħha, wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, jaqbeż il-15 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħha.
|
5.
C 27.00 — Identifikazzjoni tal-kontroparti (LE1)
5.1. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
|
Kolonna
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
010-070
|
Identifikazzjoni tal-Kontroparti:
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe kontroparti li għaliha qed tiġi sottomessa informazzjoni fi kwalunkwe waħda mill-formoli C 28.00 sa C 29.00. L-identifikazzjoni tal-grupp ta’ klijenti konnessi ma għandhiex tiġi rrapportata, sakemm is-sistema ta’ rapportar nazzjonali ma tipprovdix kodiċi uniku għall-grupp tal-klijenti konnessi.
Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 394(1) tas-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-identifikazzjoni tal-kontroparti li għaliha għandhom skoperturi ta’ valur akbar minn jew ugwali għal EUR 300 miljun iżda anqas minn 10 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħhom.
Skont l-Artikolu 394(1), il-punt (a) tas-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-identifikazzjoni tal-kontroparti li għaliha għandhom skopertura kbira kif definit fl-Artikolu 392 tas-CRR.
Skont l-Artikolu 394(2), il-punt (a) tas-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-identifikazzjoni tal-kontroparti li għaliha għandhom l-akbar skoperturi (fil-każijiet fejn il-kontroparti tkun istituzzjoni jew entità bankarja parallela).
|
|
011
|
Kodiċi
Il-kodiċi bħala parti minn identifikatur tar-ringiela jrid ikun uniku għal kull entità rrapportata. Għall-istituzzjonijiet u għall-impriżi tal-assigurazzjoni, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI. Għal entitajiet oħrajn, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI, jew jekk mhux disponibbli, kodiċi nazzjonali. Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b’mod konsistenti fil-formoli kollha u tul iż-żmien. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur.
|
|
015
|
Tip ta’ kodiċi
L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw it-tip ta’ kodiċi rrapportat fil-kolonna 010 bħala “kodiċi LEI” jew “Kodiċi mhux LEI”.
It-tip ta’ kodiċi għandu dejjem jiġi rrapportat.
|
|
021
|
Isem
L-isem għandu jikkorrispondi għall-isem tal-grupp kull meta jiġi rrapportat grupp ta’ klijenti konnessi. Fi kwalunkwe każ ieħor, l-isem għandu jikkorrispondi għal kontroparti individwali.
Għal grupp ta’ klijenti konnessi, l-isem li għandu jiġi rrapportat għandu jkun l-isem tal-kumpanija prinċipali jew, meta l-grupp ta’ klijenti konnessi ma jkollux kumpanija prinċipali, ikun l-isem kummerċjali tal-grupp.
|
|
035
|
Kodiċi nazzjonali
L-istituzzjonijiet jistgħu jirrapportaw ukoll il-kodiċi nazzjonali meta jirrapportaw il-kodiċi LEI bħala identifikatur fil-kolonna “Kodiċi”.
|
|
040
|
Residenza tal-kontroparti
Il-kodiċi ISO 3166–1-alfa-2 tal-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-kontroparti għandu jintuża (inklużi kodiċijiet pseudo-ISO għal organizzazzjonijiet internazzjonali, disponibbli fl-aħħar edizzjoni ta’ “Vademecum Bilanċ tal-Pagamenti” tal-Eurostat)
Għal gruppi ta’ klijenti konnessi, l-ebda residenza ma għandha tiġi rrapportata.
|
|
050
|
Settur tal-kontroparti
Settur wieħed jiġi allokat lil kull kontroparti fuq il-bażi tal-FINREP, l-Anness V, il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-klassijiet tas-settur ekonomiku u l-qsim ta’ korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn f’ditti tal-investiment u korporazzjonijiet finanzjarji oħra kif ġej:
(i) Banek Ċentrali;
(ii) Gvernijiet Ġenerali;
(iii) Istituzzjonijiet ta’ kreditu;
(iv) Ditti tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(2) tas-CRR;
(v) Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn (għajr ditti tal-investiment);
(vi) Korporazzjonijiet mhux finanzjarji;
(vii) Unitajiet domestiċi.
Għal gruppi ta’ klijenti konnessi, l-ebda settur ma għandu jiġi rrapportat.
|
|
060
|
Kodiċi NACE
Għas-settur ekonomiku, għandhom jintużaw il-kodiċijiet tan-NACE (Nomenclature statistique des activités économiques dans l’Union européenne = Klassifikazzjoni Statistika ta’ Attivitajiet Ekonomiċi tal-UE).
Din il-kolonna tapplika biss għall-kontropartijiet “Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn (esklużi ditti tal-investiment)” u “Korporazzjonijiet mhux finanzjarji”. Il-kodiċijiet tan-NACE jintużaw għal “Korporazzjonijiet mhux finanzjarji” b’dettall ta’ livell wieħed (eż. “F — Kostruzzjoni”) u għal “Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn (esklużi ditti tal-investiment)” b’dettall ta’ żewġ livelli, li jipprovdi informazzjoni separata dwar l-attivitajiet tal-assigurazzjoni (eż. “K65 — Assigurazzjoni, riassigurazzjoni u finanzjament tal-pensjoni, ħlief sigurtà soċjali obbligatorja”).
Is-setturi ekonomiċi “Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn (esklużi ditti tal-investiment)” u “Korporazzjonijiet mhux finanzjarji” għandhom jiġu derivati minn diżaggregazzjoni tal-kontroparti FINREP.
Għal gruppi ta’ klijenti konnessi, l-ebda kodiċi NACE ma għandu jiġi rrapportat.
|
|
070
|
Tip ta’ kontroparti
L-Artikolu 394(2) tas-CRR
It-tip ta’ kontroparti tal-akbar għaxar skoperturi għall-istituzzjonijiet u l-akbar għaxar skoperturi għal entitajiet bankarji paralleli għandhom jiġu speċifikati bl-użu ta’ “I” għall-istituzzjonijiet jew “S” għal entitajiet bankarji paralleli, li jwettqu attivitajiet bankarji barra mill-qafas regolat.
|
6.
C 28.00 - Skoperturi fil-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar (LE2)
6.1. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
|
Kolonna
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
010
|
Kodiċi
Għal grupp ta’ klijenti konnessi, jekk ikun disponibbli kodiċi uniku fuq livell nazzjonali, dan il-kodiċi għandu jiġi rrapportat bħala l-kodiċi tal-grupp ta’ klijenti konnessi. Fejn ma hemmx kodiċi uniku fil-livell nazzjonali, il-kodiċi li għandu jiġi rrapportat għandu jkun il-kodiċi tal-kumpanija prinċipali f’C 27.00.
Fil-każijiet fejn grupp ta’ klijenti konnessi ma jkollux kumpanija prinċipali, il-kodiċi li għandu jiġi rrappurtat huwa l-kodiċi tal-entità individwali li tkun meqjusa mill-istituzzjoni bħala l-iżjed sinifikanti fil-grupp tal-klijenti konnessi. Fi kwalunkwe każ ieħor, il-kodiċi għandu jikkorrispondi għal kontroparti individwali.
Dan il-kodiċi jintuża b’mod konsistenti tul iż-żmien.
Il-kompożizzjoni tal-kodiċi tiddependi fuq is-sistema ta’ rappurtar nazzjonali, sakemm ma jkunx hemm kodifikazzjoni uniformi disponibbli fl-UE.
|
|
020
|
Grupp jew individwu
L-istituzzjoni tirrapporta “1” għar-rappurtar ta’ skoperturi għal klijenti individwali u “2” għar-rappurtar ta’ skoperturi għal gruppi ta’ klijenti konnessi.
|
|
030
|
Tranżazzjonijiet fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti
L-Artikolu 390(7) tas-CRR
Skont speċifikazzjonijiet tekniċi ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, meta l-istituzzjoni jkollha skoperturi għall-kontroparti rrapportata permezz ta’ tranżazzjoni fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti, għandha tiġi rrapportata l-ekwivalenti għal “Iva”; inkella għandha tiġi rrapportata l-ekwivalenti għal “Le”.
|
|
040-180
|
Skoperturi oriġinali
L-Artikoli 24, 389, 390 u 392 tas-CRR
L-istituzzjoni għandha tirrapporta f’dan il-blokk ta’ kolonni l-iskoperturi oriġinali ta’ skoperturi diretti, skoperturi indiretti, u skoperturi addizzjonali li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti.
Skont l-Artikolu 389 tas-CRR, assi u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għandhom jintużaw mingħajr ponderazzjonijiet tar-riskju jew gradi ta’ riskju. Speċifikament, fatturi tal-konverżjoni ta’ kreditu ma għandhomx ikunu applikati għal entrati li huma barra l-karta bilanċjali.
Dawn il-kolonni jinkludu l-iskopertura oriġinali, jiġifieri l-valur tal-iskopertura mingħajr ma jitqiesu aġġustamenti fil-valur u l-provvedimenti, li għandhom jitnaqqsu fil-kolonna 210.
Id-definizzjoni u l-kalkolu tal-valur tal-iskopertura huma stabbiliti fl-Artikoli 389 u 390 tas-CRR. Il-valwazzjoni tal-assi u l-entrati barra l-karta bilanċjali għandha ssir skont il-qafas kontabilistiku li għalih hija soġġetta l-istituzzjoni, skont l-Artikolu 24 tas-CRR.
Skoperturi mnaqqsa minn entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew entrati ta’ Grad 1 Addizzjonali, li mhumiex skoperturi msemmija fl-Artikolu 390(6), il-punt (e) tas-CRR, għandhom jiġu inklużi f’dawn il-kolonni. Dawn l-iskoperturi għandhom jitnaqqsu fil-kolonna 200.
Skoperturi msemmijin fl-Artikolu 390(6), il-punti (a) sa (d) tas-CRR ma għandhomx jiġu inklużi f’dawn il-kolonni.
L-iskoperturi oriġinali għandhom jinkludu kwalunkwe assi u entrata li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. L-eżenzjonijiet tal-Artikolu 400 tas-CRR għandhom jitnaqqsu għall-finijiet tal-Artikolu 395(1) tas-CRR fil-kolonna 320.
Skoperturi mill-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar għandhom ikunu inklużi.
Il-pożizzjoni netta kkalkolata skont il-punt (b) tal-Artikolu 390(3) tas-CRR għandha tkun irrapportata bħala skopertura diretta u inkluża fil-kolonna (060 jew 070 jew 080), li tikkorrispondi għat-tip ta’ strument dominanti.
L-istrument dominanti għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-valur tal-pożizzjoni netta f’kull tip ta’ strument.
Għad-diżaggregazzjoni ta’ skoperturi fi strumenti finanzjarji, fejn skoperturi differenti li jirriżultaw minn ftehim ta’ netting jikkostitwixxu skopertura waħda, din tal-aħħar tiġi allokata lill-istrument finanzjarju korrispondenti mal-assi prinċipali inkluż fil-ftehim ta’ netting (barra minn hekk, ara s-sezzjoni introduttorja).
|
|
040
|
Total tal-iskopertura oriġinali
L-istituzzjoni għandha tirrapporta s-somma ta’ skoperturi diretti u skoperturi indiretti kif ukoll skoperturi addizzjonali li jirriżultaw minn skopertura għal tranżazzjonijiet fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti.
|
|
050
|
Li minnu: inadempjenti
Artikolu 178 tas-CRR
L-istituzzjoni għandha tirrapporta l-parti tal-iskopertura oriġinali totali li tikkorrispondi għal skoperturi li saru inadempjenti.
|
|
060-110
|
Skoperturi diretti
Skoperturi diretti tfisser l-iskoperturi fuq il-bażi tal-“mutwatarju immedjat”.
|
|
060
|
Strumenti ta’ dejn
Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (“ECB/2013/33”) Anness II, Parti 2, tabella, kategoriji 2 u 3
Strumenti ta’ dejn għandhom jinkludu titoli ta’ dejn, u self u avvanzi.
L-istrumenti inklużi f’din il-kolonna għandhom ikunu dawk ikkwalifikati bħala “self b’maturità oriġinali sa u tinkludi sena/aktar minn sena, u sa u tinkludi ħames snin/aktar minn ħames snin”, jew bħala “titoli ta’ dejn”, skont BĊE/2013/33.
Tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet (tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli) u tranżazzjonijiet mutwanti b’marġini għandhom jiġu inklużi f’din il-kolonna.
|
|
70
|
Strumenti ta’ ekwità
BĊE/2013/33 l-Anness II, il-Parti 2, it-tabella, il-kategoriji 4 u 5
L-istrumenti inklużi f’din il-kolonna għandhom ikunu dawk ikkwalifikati bħala “Ekwità” jew bħala “ishma/unitajiet ta’ fondi ta’ investiment” skont BĊE/2013/33.
|
|
080
|
Derivattivi
Artikolu 272(2) u l-Anness II tas-CRR
L-istrumenti li għandhom jiġu rrapportati f’din il-kolonna għandhom jinkludu derivattivi elenkati fl-Anness II tas-CRR u tranżazzjonijiet ta’ saldu twil, kif definit fl-Artikolu 272(2) tas-CRR.
Derivattivi ta’ kreditu li huma soġġetti għal riskju ta’ kreditu tal-kontroparti għandhom jiddaħħlu f’din il-kolonna.
|
|
090-110
|
Entrati mhux fil-karta bilanċjali
Anness I tas-CRR
Il-valur li għandu jiġi rrapportat f’dawn il-kolonni għandu jkun il-valur nominali qabel kwalunkwe tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu u mingħajr l-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ konverżjoni.
|
|
090
|
Impenji ta’ self
Anness I, il-punti 1(c) u (h), 2(b)(ii), 3(b)(i) u 4(a) tas-CRR
L-impenji ta’ self huma impenji sodi li jiġi pprovdut kreditu skont termini u kundizzjonijiet prespeċifikati, ħlief dawk li huma derivattivi minħabba li jistgħu jiġu saldati netti fi flus jew bil-forniment jew bil-ħruġ ta’ strument finanzjarju ieħor.
|
|
100
|
Garanziji finanzjarji
Anness I, il-punti 1(a), (b) u (f) tas-CRR
Garanziji finanzjarji huma kuntratti li jeħtieġu li l-emittent jagħmel pagamenti speċifiċi biex jirrimborża lid-detentur għal telf li jsofri minħabba li debitur speċifiku jonqos milli jagħmel pagament meta dovut skont it-termini oriġinali jew modifikati ta’ strument ta’ debitu. Derivattivi ta’ kreditu li mhumiex inklużi fil-kolonna “derivattivi” għandhom jiġu rrapportati f’din il-kolonna.
|
|
110
|
Impenji oħrajn
Impenji oħra huma l-entrati fl-Anness I tas-CRR li mhumiex inklużi fil-kategoriji preċedenti. Il-valur tal-iskopertura ta’ obbligu legali wieħed li jirriżulta mill-ftehim kuntrattwali ta’ netting bejn prodotti differenti ma’ kontroparti tal-istituzzjoni għandu jiġi rrapportat f’din il-kolonna.
|
|
120-170
|
Skoperturi indiretti
Artikolu 403 tas-CRR
Skont l-Artikolu 403 tas-CRR, istituzzjoni ta’ kreditu għandha tuża l-approċċ ta’ sostituzzjoni meta skopertura għal klijent tkun garantita minn parti terza, jew garantita b’kollateral maħruġ minn parti terza.
L-istituzzjoni għandha tirrapporta f’dan il-blokk ta’ kolonni l-ammonti tal-iskoperturi diretti li huma riassenjati lill-garanti jew lill-emittent tal-kollateral diment li dan tal-aħħar jiġi assenjat ponderazzjoni tar-riskju daqs jew anqas mill-ponderazzjoni tar-riskju li tkun applikata għall-klijent skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 tas-CRR. Fil-każ ta’ skoperturi ggarantiti b’kollateral maħruġ minn parti terza, l-Artikolu 403(3) tas-CRR joffri trattament alternattiv.
L-iskopertura oriġinarja ta’ referenza protetta (skopertura diretta) titnaqqas mill-iskopertura għall-mutwatarju oriġinali fil-kolonni “Tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu eliġibbli”. L-iskkopertura indiretta għandha żżid l-iskopertura għall-garanti jew għall-emittent ta’ kollateral permezz tal-effett ta’ sostituzzjoni. Dan għandu japplika wkoll għal garanziji mogħtijin fi grupp ta’ klijenti konnessi.
L-istituzzjoni għandha tirrapporta l-ammont oriġinali ta’ skoperturi indiretti fil-kolonna li tikkorrispondi għat-tip ta’ skopertura diretta garantita jew sostnuta b’kollateral bħal, meta l-iskopertura diretta garantita tkun strument ta’ dejn, l-ammont ta’ “Skopertura indiretta” assenjata lill-garanti għandu jkun irrapportat taħt il-kolonna “Strumenti ta’ dejn”.
Skoperturi li jirriżultaw minn noti marbuta ma’ kreditu jiġu rrapportati wkoll f’dan il-blokk ta’ kolonni, skont l-Artikolu 399 tas-CRR.
|
|
120
|
Strumenti ta’ dejn
Ara l-kolonna 060.
|
|
130
|
Strumenti ta’ ekwità
Ara l-kolonna 070.
|
|
140
|
Derivattivi
Ara l-kolonna 080.
|
|
150-170
|
Entrati mhux fil-karta bilanċjali
Il-valur ta’ dawn il-kolonni għandu jkun il-valur nominali qabel ma jiġi applikat kwalunkwe tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju tal-kreditu u qabel ma jiġu applikatti l-fatturi ta’ konverżjoni.
|
|
150
|
Impenji ta’ self
Ara l-kolonna 090.
|
|
160
|
Garanziji finanzjarji
Ara l-kolonna 100.
|
|
170
|
Impenji oħrajn
Ara l-kolonna 110.
|
|
180
|
Tranżazzjonijiet addizzjonali li jirriżultaw meta jkun hemm skopertura għal assi sottostanti
L-Artikolu 390(7) tas-CRR
Skoperturi addizzjonali li jinħolqu minn tranżazzjonijiet fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti.
|
|
190
|
(-) Aġġustamenti tal-valur u provvedimenti
L-Artikoli 34, 24, 110 u 111 tas-CRR
L-aġġustament tal-valur u l-provvedimenti inklużi fil-qafas kontabilistiku korrispondenti (id-Direttiva 86/635/KEE jew ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002) li jaffettwaw il-valwazzjoni tal-iskoperturi għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikoli 24 u 110 tas-CRR.
Il-provvedimenti u l-aġġustament tal-valur kontra skopertura gross mogħtija fil-kolonna 040 għandhom jiġu rrapportati f’din il-kolonna.
|
|
200
|
(-) Skoperturi mnaqqsa mill-entrati tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni jew ta’ Grad 1 Addizzjonali
L-Artikolu 390(6), il-punt (e) tas-CRR
Skoperturi mnaqqsa mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew tal-Grad 1 Addizzjonali, li għandhom jiġu inklużi fil-kolonni differenti tal-Iskopertura oriġinali totali, għandhom jiġu rrapportati.
|
|
210-230
|
Valur tal-iskopertura qabel l-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet u s-CRM
L-Artikolu 394(1), punt (b) tas-CRR
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli.
|
|
210
|
Total
Il-valur tal-iskopertura li jrid jiġi rrapportat f’din il-kolonna għandu jkun l-ammont użat għad-determinazzjoni ta’ jekk l-iskopertura hijiex skopertura kbira skont id-definizzjoni fl-Artikolu 392 tas-CRR.
Dan għandu jinkludi l-iskopertura oriġinali wara li jitnaqqsu l-aġġustamenti tal-valur u l-provvedimenti u wara li l-ammont tal-iskoperturi jitnaqqas mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew tal-Grad 1 Addizzjonali.
|
|
220
|
Li minnu: Portafoll mhux tan-negozjar
L-ammont tal-portafoll mhux tan-negozjar mill-iskopertura totali qabel l-eżenzjonijiet u s-CRM
|
|
230
|
% tal-kapital tal-Grad 1
L-Artikoli 392 u 395 tas-CRR
L-ammont li għandu jiġi rrapportat huwa l-perċentwal tal-valur tal-iskopertura qabel l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u s-CRM relatat mal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni, kif definit fl-Artikolu 25 tas-CRR.
|
|
240-310
|
(-) Tekniki eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu (CRM)
L-Artikoli 399 u 401 sa 403 tas-CRR; Tekniki CRM kif definit fl-Artikolu 4(1), punt (57) tas-CRR
It-tekniki CRM rikonoxxuti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 u 4 tas-CRR għandhom jintużaw f’konformità mal-Artikoli 401 sa 403 tas-CRR.
It-tekniki CRM jista’ jkollhom tliet effetti differenti fir-reġim tal-LE: effett ta’ sostituzzjoni; protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjat apparti l-effett ta’ sostituzzjoni; u trattament tal-proprjetà immobbli.
|
|
240-290
|
(-) Effett ta’ sostituzzjoni ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu eliġibbli
L-Artikolu 403 tas-CRR
L-ammont ta’ protezzjoni ffinanzjata u mhux iffinanzjata tal-kreditu li għandu jiġi rrapportat f’dawn il-kolonni jikkorrispondi għall-iskoperturi ggarantiti minn parti terza, jew garantiti b’kollateral maħruġ minn parti terza, fejn l-istituzzjoni għandha tittratta l-porzjon tal-iskopertura li huwa garantit u/jew kollateralizzat bil-valur tas-suq tal-kollateral rikonoxxut bħala mġarrab mill-garanti jew l-emittent tal-kollateral.
|
|
240
|
(-) Strumenti ta’ dejn
Ara l-kolonna 060.
|
|
250
|
(-) Strumenti ta’ ekwità
Ara l-kolonna 070.
|
|
260
|
(-) Derivattivi
Ara l-kolonna 080.
|
|
270-290
|
(-) Entrati li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali
Il-valur ta’ dawn il-kolonni għandu jkun mingħajr l-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ konverżjoni.
|
|
270
|
(-) Impenji ta’ self
Ara l-kolonna 090.
|
|
280
|
(-) Garanziji finanzjarji
Ara l-kolonna 100.
|
|
290
|
(-) Impenji oħra
Ara l-kolonna 110.
|
|
300
|
(-) Protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjat minbarra l-effett ta’ sostituzzjoni
Artikolu 401 tas-CRR
L-istituzzjoni għandha tirrapporta l-ammonti ta’ protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata, kif definit fl-Artikolu 4(1), punt (58) tas-CRR, li jitnaqqsu mill-valur tal-iskopertura minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 401 tas-CRR.
Skont l-Artikolu 401(1) tas-CRR, l-aġġustamenti għall-volatilità għandhom jiġu applikati għall-valur tal-iskopertura u għandhom jiġu rrapportati bħala żieda fil-valur tal-iskopertura.
|
|
310
|
(-) Proprjetà immobbli
Artikolu 402 tas-CRR
L-istituzzjoni tirrapporta l-ammonti mnaqqsa mill-valur tal-iskopertura minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 402 tas-CRR.
|
|
320
|
(-) Ammonti eżentati
Artikolu 400 tas-CRR
L-istituzzjoni għandha tirrapporta l-ammonti eżentati mir-reġim tal-LE.
|
|
330-350
|
Valur tal-iskopertura wara l-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet u CRM
L-Artikolu 394(1), il-punt (d), tas-CRR
L-istituzzjoni għandha tirrapporta l-valur tal-iskopertura wara li tieħu f’kunsiderazzjoni l-effett tal-eżenzjonijiet u tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu kkalkolat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1) tas-CRR.
|
|
330
|
Total
Din il-kolonna għandha tinkludi l-ammont li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni sabiex ikun hemm konformità mal-limitu tal-iskoperturi l-kbar stabbilit fl-Artikolu 395 tas-CRR.
|
|
340
|
Li minnu: Portafoll mhux tan-negozjar
L-istituzzjoni għandha tirrapporta l-iskopertura totali wara l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u wara li jitqies l-effett tas-CRM li jappartjenu għall-portafoll mhux tan-negozjar.
|
|
350
|
% tal-kapital tal-Grad 1
L-istituzzjoni għandha tirrapporta l-perċentwal tal-valur tal-iskopertura wara l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u s-CRM relatat mal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni, kif definit fl-Artikolu 25 tas-CRR.
|
7.
C 29.00 - Dettalji tal-iskoperturi għal klijenti individwali fi gruppi ta’ klijenti konnessi (LE3)
7.1. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
|
Kolonna
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
010-360
|
L-istituzzjoni għandha tirrapporta fil-formola LE3 id-data tal-klijenti individwali li jappartjenu għall-gruppi ta’ klijenti konnessi, inklużi fir-ringieli tal-formola LE2.
|
|
010
|
Kodiċi
Il-kolonni 010 u 020 huma identifikatur kompost tar-ringieli, u flimkien iridu jkunu uniċi għal kull ringiela fit-tabella.
Il-kodiċi tal-kontroparti individwali li jappartjeni għall-gruppi tal-klijenti konnessi għandu jiġi rrapportat.
Dan il-kodiċi jintuża b’mod konsistenti tul iż-żmien.
|
|
020
|
Kodiċi tal-grupp
Il-kolonni 010 u 020 huma identifikatur kompost tar-ringieli, u flimkien iridu jkunu uniċi għal kull ringiela fit-tabella.
Jekk kodiċi uniku għal grupp ta’ klijenti konnessi jkun disponibbli fil-livell nazzjonali, dan il-kodiċi għandu jiġi rrapportat. Fejn ma jkunx hemm kodiċi uniku fil-livell nazzjonali, il-kodiċi li għandu jiġi rrapportat għandu jkun il-kodiċi użat għar-rapportar ta’ skoperturi għal Grupp ta’ Klijenti Konnessi f’C 28.00 (LE2).
Meta klijent jkun jappartjeni għal diversi gruppi ta’ klijenti konnessi, dan għandu jiġi rrappurtat bħala membru fil-gruppi kollha ta’ klijenti konnessi.
|
|
030
|
Tranżazzjonijiet fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti
Ara l-kolonna 030 tal-formola LE2.
|
|
050-360
|
Meta strumenti finanzjarji fil-formola LE2 jkunu pprovduti għall-grupp kollu ta’ klijenti konnessi dawn jiġu allokati lill-kontropartijiet individwali fil-formola LE3 skont il-kriterji tan-negozju tal-istituzzjoni.
Il-bqija tal-istruzzjonijiet huma l-istess bħal għall-formola LE2.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW_GA -
EULAW_GA
|