+Artikolu 6 Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali — rapportar semiannwali
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali — rapportar semiannwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar il-fondi proprji u dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu bi frekwenza semiannwali.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar l-iskoperturi ta’ titolizzazzjoni kollha kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 14 u 14.01, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.8; ħlief fejn huma parti minn grupp fl-istess pajjiż li fih huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar skoperturi sovrani kif ġej:
(a)
meta l-ammont riportat aggregat ta’ assi finanzjarji mis-settur tal-kontroparti “Gvernijiet ġenerali” jkun daqs jew akbar minn 1 % tas-somma tal-ammont riportat totali għal “Titoli ta’ dejn” u “Self u avvanzi”, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 33, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 7, u għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fl-Anness V rigward il-formola 4 fl-Anness III jew l-Anness IV, kif applikabbli, biex jikkalkulaw il-valuri rilevanti;
(b)
meta l-valur irrapportat għal skoperturi domestiċi ta’ assi finanzjarji mhux derivattivi kif definit fir-ringiela 0010, il-kolonna 0010 fl-Anness I, il-formola 33, ikun inqas minn 90 % tal-valur irrapportat għal skoperturi domestiċi u mhux domestiċi għall-istess punt ta’ data, istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 33, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 7, b’diżaggregazzjoni sħiħa tal-pajjiżi;
(c)
l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) u li ma jissodisfawx il-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-formola 33, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 7, bl-iskoperturi aggregati fi:
Il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ tal-Artikolu 4(3) għandhom japplikaw.
|
|
Artikolu 6 4.
|
L-informazzjoni dwar telf materjali fir-rigward tar-riskju operazzjonali tiġi rrapportata kif ġej:
(a)
l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 4, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;
(b)
istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;
(c)
istituzzjonijiet għajr istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali f’konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2, l-informazzjoni li ġejja:
(i)
l-informazzjoni kif speċifikata fl-Anness I, il-formola 17.01, il-kolonna 0080 għar-ringieli li ġejjin:
—
għadd ta’ eventi (eventi ġodda) (ringiela 0910);
—
ammont ta’ telf gross (eventi ġodda) (ringiela 0920);
—
għadd ta’ eventi soġġetti għal aġġustamenti ta’ telf (ringiela 0930);
—
aġġustamenti ta’ telf relatati ma’ perjodi ta’ rapportar preċedenti (ringiela 0940)
—
telf uniku massimu (ringiela 0950);
—
total tal-ikbar ħames telfiet (ringiela 0960):
—
irkupru dirett ta’ telf totali (ħlief assigurazzjoni u mekkaniżmi oħrajn ta’ trasferiment tar-riskju) (ringiela 0970)
—
total tal-irkupri mill-assigurazzjoni u minn mekkaniżmi oħrajn ta’ trasferiment tar-riskji (ringiela 0980);
(ii)
informazzjoni kif speċifikata fl-Anness I, il-formola 17.02.
(d)
l-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) jistgħu jirrapportaw is-sett sħiħ ta’ informazzjoni speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;
(e)
istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;
(f)
istituzzjonijiet għajr istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jirrapportaw l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2.
Il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ tal-Artikolu 4(3) għandhom japplikaw.
|
|
Artikolu 6 5.
|
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ standardizzat simplifikat jew il-metodu tal-iskopertura oriġinali għall-kalkolu tal-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsimiet 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jissottomettu l-informazzjoni dwar ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 34.06, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.9.7.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW_HR -
EULAW_HR
|