+Artikolu 19 3.

Artikolu 19 3.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa kif ġej:

(a) 

l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Parti A;

(b) 

l-istituzzjonijiet il-kbar għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Partijiet B, C u E;

(c) 

l-istituzzjonijiet li la huma istituzzjonijiet kbar u lanqas istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Partijiet B, C u E, meta l-livell ta’ aggravar tal-assi tal-istituzzjoni, kif ikkalkulat f’konformità mal-Anness XVII, il-punt 1.6, is-subpunt 9, ikun ugwali għal 15 % jew ogħla;

(d) 

l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Parti D, biss meta joħorġu bonds imsemmija fl-Artikolu 52(4), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biss ( 3 ).

Il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ tal-Artikolu 4(3) għandhom japplikaw.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_LV -

    EULAW_LV