|
+ANNESS XIV Mudell tal-Punt Uniku tad-Data |
ANNESS XIV Mudell tal-Punt Uniku tad-Data
ANNESS XIV Mudell tal-Punt Uniku tad-Data L-entrati tad-data kollha stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu trasformati f’mudell tal-punt uniku tad-data li huwa l-bażi biex is-sistemi tal-IT tal-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti jkunu uniformi. Il-mudell tal-punt unika tad-data għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a)
jipprovdi rappreżentazzjoni strutturata tal-entrati kollha tad-data stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament;
(b)
jidentifika l-kunċetti tan-negozju kollha stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament;
(c)
jipprovdi dizzjunarju tad-data li jidentifika t-tikketti tat-tabelli, it-tikketti ordinati, it-tikketti tal-assi (axis), it-tikketti tad-dominji, it-tikketti tad-dimensjonijiet u t-tikketti tal-membri;
(d)
jipprovdi metrika li tiddefinixxi l-proprjetà jew l-ammont tal-punti tad-data;
(e)
jipprovdi definizzjonijiet tal-punti tad-data li huma espressi bħala kompożizzjoni ta’ karatteristiċi li jidentifikaw b’mod univokali l-kunċett finanzjarju;
(f)
ikun fih l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti kollha li huma neċessarji għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għar-rappurtar bl-IT li jipproduċu data superviżorja uniformi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|