+IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 348/81 ta' l-20 ta' Jannar 1981 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti miċ-ċetaċej
---+Preamble: 1
---+1. pants
---+2. pants
---+3. pants
---+L-ANNESS
|
Latvian -
European Union -
Environment -
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 348/81 ta' l-20 ta' Jannar 1981 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti miċ-ċetaċej
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 348/81 ta' l-20 ta' Jannar 1981 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti miċ-ċetaċej
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u tax-xaħmijiet (
1
), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1917/80 (
2
), u partikolarment l-Artikolu 3(1) tieghu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' ċerti prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat (
3
), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1117/78 (
4
), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tieghu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (
5
),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (
6
),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (
7
),
Billi l-konservazzjoni ta' l-ispeċi taċ-ċetaċej titlob miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ internazzjonali; billi dawn għandhom ikunu miżuri fuq livell Komunitarju u għandhom fl-istess waqt jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tal-Komunità;
Billi, waqt li tkun għadha pendenti l-adozzjoni fuq livell Komunitarju ta' aktar miżuri ġenerali li jirrigwardaw is-sorveljanza tal-kummerċ fl-ispeċi ta' fawna u flora salvaġġa, l-importazzjoni tal-prodotti prinċipali mill-balieni u ċetaċej oħra għandha tkun suġġetta, fi stadju inizjali, għal permessi tal-importazzjoni, waqt li l-possibbiltà li tiġi estiża l-lista ta' dawn il-prodotti hija wkoll riservata; billi, sabiex tiġi iċċarata s-sitwazzjoni, jista’ jkun utili li wieħed jinnota li, sakemm il-possibilità ta' din l-estenzjoni tkun għadha pendenti, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jieħdu, fl-osservanza tat-Trattat, miżuri għall-ħarsien ta' l-ispeċi li għandhom x'jaqsmu ma’ l-importazzjoni ta' prodotti li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament; billi l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx joħorġu dawn il-permessi sakemm ma jkunux aċċertaw ruħhom li l-prodotti f'dak il-każ ma jkunux sejrin jintużaw għal skopijiet kummerċjali,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1 1. Mill-1 ta' Jannar 1982 l-introduzzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu suġġetti għall-produzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni. L-ebda liċenzja bħal din m'għandha tinħareġ għal prodotti li jkunu sejrin jintużaw għal skopijiet kummerċjali. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Lulju 1981 bl-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan minnufih. L-Artikolu 2 1. Kumitat dwar il-Prodotti Ċetaċej, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat” qiegħed jiġi stabbilit, u dan jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l-Istati Membri b'rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Jista’ jeżamina kull kwistjoni li għandha x'taqsam ma’ l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża l-kwistjoni tal-kontroll, sottomessa lilu mill-Presidenti tiegħu jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mir-rappreżentant ta' Stat Membru. Il-proċedura li ġejja għandha tiġi adottata għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament:
(a) ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien iffissat mill-President li jikkunsidra l-urġenza tal-każ. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta'
►A2
62 ◄ vot, u l-voti tal-Istati Membri għandhom ikunu peżati skond kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota.
(b) Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet previsti jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.
(ċ) Jekk il-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tkun ingħatat, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta l-proposta tkun ġiet sottomessa lilu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, id-dispożizzjonijiet proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.
L-Artikolu 3 1. Kemm jista’ jkun malajr, il-Kunsill għandu jissottometti lill-Kunsill rapport dwar jekk il-lista ta' prodotti fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhiex tiġi estiża, u dwar il-possibbiltajiet ta' sorveljanza tal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet tiegħu, flimkien mal-proposti, skond ma jkun il-każ. 2. Il-Kunsill, permezz ta' maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni jista’ jiddeċiedi li jestendi l-lista msemmija fil-paragrafu 1. 3. Sakemm tittieħed din id-deċiżjoni, l-Istati Membri jistgħu jieħdu, b'mod konformi mat-Trattat, miżuri li jirrigwardaw prodotti oħra taċ-ċetaċej li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament għall-ħarsien ta' l-ispeċi. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
|
|
1. pants
|
1. pants 1. No 1982. gada 1. janvāra, ievedot Kopienā pielikumā uzskaitītos produktus, ir jāuzrāda importa licence. Šādu licenci neizsniedz attiecībā uz produktiem, kas izmantojami komerciālos nolūkos. 2. Līdz 1981. gada 1. jūlija dalībvalstis paziņo Komisijai to kompetento iestāžu nosaukumus un adreses, kuras ir pilnvarotas izsniegt 1. punktā minētās importa licences. Komisija par to nekavējoties informē citas dalībvalstis.
|
|
2. pants
|
2. pants 1. Ar šo tiek izveidota Vaļveidīgo dzīvnieku produktu komiteja, še turpmāk saukta “Komiteja”, ko veido dalībvalstu pārstāvji ar Komisijas pārstāvi kā priekšsēdētāju. Komiteja pieņem savu reglamentu. Komiteja var pārbaudīt jebkuru jautājumu saistībā ar šīs regulas piemērošanu, ietverot jautājumu par kontroli, ko tai iesniedz izskatīšanai priekšsēdētājs pēc savas iniciatīvas vai pēc dalībvalsts pārstāvja lūguma. 2. Lai izpildītu šo regulu, pieņem šādu procedūru:
a) Komisijas pārstāvis iesniedz izskatīšanai Komitejā pieņemamo noteikumu projektu. Komiteja sniedz atzinumu par projektu termiņā, kuru noteicis tās priekšsēdētājs, ņemot vērā jautājuma steidzamību. Lēmumus pieņem ar
►A2
62 ◄ balsu vairākumu, dalībvalstu balsis vērtējot, kā paredzēts Līguma 148. panta 2. punktā. Priekšsēdētājs nebalso;
b) Komisija pieņem paredzētos noteikumus, ja tie ir saskaņā ar Komitejas atzinumu;
c) ja paredzētie noteikumi nav saskaņā ar Komitejas atzinumu vai tā nav sniegusi atzinumu, Komisija nekavējoties iesniedz izskatīšanai Padomē priekšlikumu par pieņemamajiem noteikumiem. Padome lemj ar kvalificētu balsu vairākumu. Ja Padome trīs mēnešu laikā pēc priekšlikuma iesniegšanas nav pieņēmusi lēmumu, ierosinātos pasākumus pieņem Komisija.
|
|
3. pants
|
3. pants 1. Iespējami ātrāk Komisija iesniedz Padomē ziņojumu par to, vai produktu sarakstu šīs regulas pielikumā vajadzētu papildināt, kā arī par iespējām uzraudzīt atbilstību tās noteikumiem, kopā ar priekšlikumiem, ja tādi ir. 2. Padome, lemjot ar kvalificētu balsu vairākumu, pēc Komisijas priekšlikuma var nolemt paplašināt 1. punktā minēto sarakstu. 3. Līdz šāda lēmuma pieņemšanai dalībvalstis saskaņā ar Līgumu var veikt pasākumus sugu aizsardzībai, kas attiecas uz vaļiem vai citiem vaļveidīgo dzīvnieku produktiem, uz kuriem neattiecas šī regula, lai pasargātu sugas. Šī regula uzliek saistības kopumā un ir tieši piemērojama visās dalībvalstīs.
|
|
L-ANNESS
|
L-ANNESS
|
CCT intestatura Nru
|
Deskrizzjoni
|
|
ex 02.04 C
|
Laħam u ġewwieni tal-laħam taċ-ċetaċej, friski, imkessħin jew friżati
|
|
ex 02.06 C
|
Laħam u ġewwieni tal-laħam taċ-ċetaċej, immelħin, fl-ilma mielaħ jew fumigati
|
|
ex 05.09
|
Għadam tal-balieni u affarijiet ta' din ix-xorta, mhux maħduma jew preparati b'mod sempliċi imma mhux maqtugħa għal xi forma, u xagħar u xemgħa ta' dawn il-prodotti
|
|
ex 05.15 B
|
Laħam u ġewwieni tal-laħam taċ-ċetaċej, li mhumiex tajbin għall-konsum tal-bniedem
|
|
ex 15.04
|
Żjut u xaħmijiet taċ-ċetaċej, kemm jekk irfinati u kemm jekk le
|
|
ex 15.08
|
Żjut u xaħmijiet taċ-ċetaċej, idroġenati jew issolidifikati jew imwebbsa totalment jew parzjalment permezz ta' xi proċess ieħor
|
|
ex 15.12
|
Żjut taċ-ċetaċej, mgħollija, ossidizzati, deidrati, sulfurizzati, minfuħa jew polimerizzati bis-sħana f'vakum jew f'gass inattiv, jew immodifikati b'xi mod ieħor, kemm jekk ikunu rfinati u kemm jekk le, imma mhux ippreparati ulterjorment
|
|
15.15A
|
Spermaċeti, mhux maħduma, ippressati jew irfinati, kemm jekk ikunu ngħataw il-kulur u kemm jekk le
|
|
ex 16.03
|
Estratti u meraq tal-laħam taċ-ċetaċej
|
|
ex 23.01A
|
Dqiq u dqiq oxħon tal-laħam u tal-ġewwieni taċ-ċetaċej, li mhumiex tajbin għall-konsum tal-bniedem
|
|
ex il-Kapitolu 41
|
Ġilda trattata biż-żejt, kemm jekk immodifikata u kemm jekk le, ta' balieni jew ta' ċetaċej oħrajn
|
|
Il-prodotti kollha elenkati hawn isfel li jkunu ġew trattati biż-żejt, kemm jekk immodifikati u kemm jekk le, ta' balieni jew ta' ċetaċej oħrajn li jkunu magħmula minn ġilda trattata b'żejt ta' din ix-xorta:
|
|
ex il-Kapitolu 42
|
Oġġetti tal-ġilda, tas-sarraġ u xedd; oġġetti għall-ivjaġġar, basktijiet tan-nisa u kontenituri simili
|
|
ex il-Kapitolu 43
|
Ġlud bil-pil u affarijiet manufatturati minnhom
|
|
ex il-Kapitolu 64
|
Żraben, getti u affarijiet ta' din ix-xorta; partijiet minn dawn l-oġġetti
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.1995 00:00:00 -Doknr: CELEX:31981R0348
- EULAW_LV -
EULAW_LV
|