+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5
---+Artikolu 1 6
---+Artikolu 1 7
---+Artikolu 1 8
---+Artikolu 1 9
---+Artikolu 1 10
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1
|
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati, fost-l-oħrajn, dwar:
|
(a)
|
it-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data ta' prodotti u ta' servizzi relatati għall-utent tal-prodott konness jew servizz relatat;
|
|
(b)
|
it-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data mid-detenturi tad-data għar-riċevituri tad-data;
|
|
(c)
|
it-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data mid-detenturi tad-data għall-korpi tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-korpi tal-Unjoni, fejn ikun hemm ħtieġa eċċezzjonali għal dik id-data għat-twettiq ta' kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku;
|
|
(d)
|
l-iffaċilitar tal-qlib bejn is-servizzi tal-ipproċessar tad-data;
|
|
(e)
|
l-introduzzjoni ta' salvagwardji kontra l-aċċess illegali ta' partijiet terzi għal data mhux personali;, u
|
|
(f)
|
l-iżvilupp ta' standards ta' interoperabbiltà għad-data li trid tiġi aċċessata, trasferita u użata.
|
|
|
Artikolu 1 2
|
2. Dan ir-Regolament ikopri data personali u mhux personali, inkluż it-tipi ta' data li ġejjin, fil-kuntesti li ġejjin:
|
(a)
|
il-Kapitolu II japplika għad-data, bl-eċċezzjoni tal-kontenut, li tikkonċerna l-prestazzjoni, l-użu u l-ambjent ta' prodotti konnessi u servizzi relatati;
|
|
(b)
|
il-Kapitolu III japplika għal kwalunkwe data tas-settur privat li hija soġġetta għal obbligi statutorji ta' kondiviżjoni tad-data;
|
|
(c)
|
il-Kapitolu IV japplika għal kwalunkwe data tas-settur privat aċċessata u użata abbażi ta' kuntratti bejn intrapriżi;
|
|
(d)
|
il-Kapitolu V japplika għal kwalunkwe data tas-settur privat b'enfasi fuq data mhux personali;
|
|
(e)
|
il-Kapitolu VI japplika għal kwalunkwe data u servizzi pproċessati mill-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data;
|
|
(f)
|
il-Kapitolu VII japplika għal kwalunkwe data mhux personali miżmuma fl-Unjoni mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data.
|
|
|
Artikolu 1 3
|
3. Dan ir-Regolament japplika għal:
|
(a)
|
manifatturi ta' prodotti konnessi mqiegħda fis-suq fl-Unjoni u l-fornituri ta' servizzi relatati, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment ta' dawk il-manifatturi u l-fornituri;
|
|
(b)
|
utenti fl-Unjoni ta' prodotti konnessi jew servizzi relatati kif imsemmija fil-punt (a);
|
|
(c)
|
detenturi tad-data, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom, li jagħmlu d-data disponibbli għar-riċevituri tad-data fl-Unjoni;
|
|
(d)
|
riċevituri tad-data fl-Unjoni li għalihom tkun disponibbli d-data;
|
|
(e)
|
korpi tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u korpi tal-Unjoni li jitolbu lid-detenturi tad-data jagħmlu d-data disponibbli meta jkun hemm ħtieġa eċċezzjonali għal dik id-data għat-twettiq ta' kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku u d-detenturi tad-data li jipprovdu dik id-data bi tweġiba għal talba bħal din;
|
|
(f)
|
fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom, li jipprovdu tali servizzi lill-klijenti fl-Unjoni;
|
|
(g)
|
parteċipanti fi spazji tad-data u bejjiegħa ta' applikazzjonijiet li jużaw kuntratti intelliġenti u persuni li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħhom tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta' ftehim.
|
|
|
Artikolu 1 4
|
4. Meta dan ir-Regolament jirreferi għal prodotti konnessi jew għal servizzi relatati, tali referenzi għandhom jinftiehmu wkoll li jinkludu assistenti virtwali sa fejn li dawn jinteraġixxu ma' prodott konness jew servizz relatat.
|
|
Artikolu 1 5
|
5. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u l-integrità tat-tagħmir terminali, li għandu japplika għad-data personali pproċessata b'rabta mad-drittijiet u mal-obbligi stabbiliti fih, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva 2002/58/KE, inklużi s-setgħat u l-kompetenzi tal-awtoritajiet superviżorji u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Sa fejn l-utenti jkunu suġġetti tad-data, id-drittijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament għandhom jikkomplementaw id-drittijiet ta' aċċess mis-suġġetti tad-data u d-drittijiet tal-portabbiltà tad-data skont l-Artikoli 15 u 20 tar-Regolament (UE) 2016/679. Fil-każ ta' kunflitt bejn dan ir-Regolament u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali jew tal-privatezza, jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f'konformità ma' tali liġi tal-Unjoni, għandha tipprevali l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali dwar il-protezzjoni ta' data personali.
|
|
Artikolu 1 6
|
6. Dan ir-Regolament ma japplikax għal, jew ma jħeġġiġx bil-quddiem, arranġamenti volontarji għall-iskambju ta' data bejn entitajiet privati u pubbliċi, b'mod partikolari arranġamenti volontarji għall-kondiviżjoni tad-data.
Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-atti legali tal-Unjoni jew dawk nazzjonali li jipprevedu l-kondiviżjoni ta’, l-aċċess għal u l-użu ta' data għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, jew għal skopijiet doganali u ta’ tassazzjoni, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2021/784, (UE) 2022/2065 u (UE) 2023/1543 u d-Direttiva (UE) 2023/1544 jew il-kooperazzjoni internazzjonali f'dak il-qasam. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ġbir jew il-kondiviżjoni ta’, l-aċċess għal jew l-użu ta’ data skont ir-Regolament (UE) 2015/847 u d-Direttiva (UE) 2015/849. Dan ir-Regolament ma japplikax għal oqsma li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fi kwalunkwe każ ma jaffettwax il-kompetenzi tal-Istati Membri li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża jew is-sigurtà nazzjonali, irrispettivament mit-tip ta' entità fdata mill-Istati Membri biex twettaq kompiti fir-rigward ta' dawk il-kompetenzi, jew is-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet Statali essenzjali oħra, inkluż l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat u ż-żamma tal-ordni pubbliku. Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-amministrazzjoni doganali u tat-taxxa jew is-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini.
|
|
Artikolu 1 7
|
7. Dan ir-Regolament jikkumplimenta l-approċċ awtoregolatorju tar-Regolament (UE) 2018/1807 billi jżid obbligi applikabbli b'mod ġenerali dwar il-qlib tal-cloud.
|
|
Artikolu 1 8
|
8. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-atti legali tal-Unjoni u dawk nazzjonali li jipprevedu l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, b'mod partikolari d-Direttivi 2001/29/KE, 2004/48/KE u (UE) 2019/790.
|
|
Artikolu 1 9
|
9. Dan ir-Regolament jikkomplementa u huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni li għandha l-għan li tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, u li tipproteġi s-saħħa, is-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tagħhom, b'mod partikolari d-Direttivi 93/13/KEE, 2005/29/KE u 2011/83/UE.
|
|
Artikolu 1 10
|
10. Dan ir-Regolament ma jipprekludix il-konklużjoni ta' kuntratti volontarji legali għall-kondiviżjoni tad-data, inkluż kuntratti konklużi fuq bażi reċiproka, li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|