+Artikolu 50 Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta' data personali

Artikolu 50 Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta' data personali

Artikolu 50

Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta' data personali

B'rabta ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jieħdu passi xierqa biex:

(a) 

jiżviluppaw mekkaniżmi ta' kooperazzjoni internazzjonali li jiffaċilitaw l-infurzar effettiv ta' leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta' data personali;

(b) 

jipprovdu assistenza reċiproka internazzjonali fl-infurzar ta' leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta' data personali, inkluż permezz ta' notifika, riferiment ta' lment, assistenza investigattiva u skambju ta' informazzjoni, soġġetti għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni ta' data personali u drittijiet u libertajiet fundamentali oħra;

(c) 

jinvolvu lil partijiet ikkonċernati rilevanti f'diskussjoni u attivitajiet bil-għan li tiżdied il-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar ta' leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta' data personali;

(d) 

jippromwovu l-iskambju u d-dokumentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u prattiki dwar il-protezzjoni ta' data personali, inkluż dwar konflitti ta' ġurisdizzjoni ma' pajjiżi terzi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit