+Artikolu 81 Sospensjoni ta' proċedimenti
---+Artikolu 81 1.
---+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 81 3.
|
Artikolu 81 Sospensjoni ta' proċedimenti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 81 1.
|
Fejn qorti kompetenti ta' Stat Membru jkollha informazzjoni dwar proċedimenti, li jikkonċernaw l-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar mill-istess kontrollur jew proċessur, li huma pendenti f'qorti fi Stat Membru ieħor, din għandha tikkuntattja lill-qorti fl-Istat Membru l-ieħor biex tikkonferma l-eżistenza ta' tali proċedimenti.
|
|
Artikolu 81 2.
|
Fejn proċedimenti li jikkonċernaw l-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar tal-istess kontrollur jew proċessur ikunu pendenti f'qorti fi Stat Membru ieħor, kwalunkwe qorti kompetenti, ħlief il-qorti invokata l-ewwel, tista' tissospendi l-proċedimenti tagħha.
|
|
Artikolu 81 3.
|
Fejn dawk il-proċedimenti jkunu pendenti quddiem qrati tal-prim'istanza, kwalunkwe qorti, ħlief il-qorti invokata l-ewwel tista' wkoll, mal-applikazzjoni ta' wieħed mill-partijiet, iċċedi l-ġurisdizzjoni jekk il-qorti invokata l-ewwel ikollha ġurisdizzjoni fuq l-azzjonijiet inkwistjoni u l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|