+Artikolu 4 Atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.

Artikolu 4 Atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Fejn l-atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur ikunu jeżiġu li l-entitajiet essenzjali jew importanti jadottaw miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà jew li jinnotifikaw l-inċidenti sinifikanti, u meta dawk ir-rekwiżiti jkunu tal-inqas ekwivalenti fl-effett għall-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni u l-infurzar stabbiliti fil-Kapitolu VII, ma għandhomx japplikaw għal tali entitajiet. Fejn l-atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur ma jkoprux l-entitajiet kollha f'settur speċifiku li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva għandhom ikomplu japplikaw għall-entitajiet mhux koperti minn dawk l-atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur.
Artikolu 4 2.

Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li jkunu ekwivalenti fl-effett għall-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva meta:

(a) 

il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà jkunu tal-inqas ekwivalenti fl-effett għal dawk stipulati fl-Artikolu 21(1) u (2); jew

(b) 

l-att legali tal-Unjoni speċifiku għas-settur jipprevedi aċċess immedjat, fejn xieraq awtomatiku u dirett, għan-notifiki tal-inċidenti mis-CSIRTs, mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-punti uniċi ta' kuntatt skont din id-Direttiva u fejn ir-rekwiżiti għan-notifika ta' inċidenti sinifikanti jkunu tal-inqas ekwivalenti fl-effett għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4 3.
Il-Kummissjoni għandha, sas-17 ta’ Lulju 2023, tipprovdi linji gwida li jiċċaraw l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid dawk il-linji gwida fuq bażi regolari. Meta tkun qed tħejji dawk il-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe osservazzjoni tal-ENISA u tal-Grupp ta' Kooperazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit