+Artikolu 8 Awtoritajiet kompetenti u punti uniċi ta' kuntatt
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
|
Artikolu 8 Awtoritajiet kompetenti u punti uniċi ta' kuntatt
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Kull Stat Membru għandu jaħtar jew jistabbilixxi awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għaċ-ċibersigurtà u għall-kompiti superviżorji msemmija fil-Kapitolu VII (awtoritajiet kompetenti).
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fil-livell nazzjonali.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Kull Stat Membru għandu jaħtar jew jistabbilixxi punt uniku ta' kuntatt. Meta Stat Membru jaħtar jew jistabbilixxi awtorità kompetenti waħda biss skont il-paragrafu 1, dik l-awtorità kompetenti għandha tkun ukoll il-punt uniku ta' kuntatt għal dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Kull punt uniku ta' kuntatt għandu jeżerċita funzjoni ta' kollegament biex jiżgura kooperazzjoni transfruntiera tal-awtoritajiet tal-Istat Membru tiegħu mal-awtoritajiet rilevanti ta' Stati Membri oħra, u, fejn xieraq, mal-Kummissjoni u mal-ENISA, kif ukoll biex jiżgura kooperazzjoni transsettorjali ma' awtoritajiet kompetenti oħra fl-Istat Membru tiegħu.
|
|
Artikolu 8 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-punti uniċi ta' kuntatt tagħhom ikollhom riżorsi adegwati biex iwettqu, b'mod effettiv u effiċjenti, il-kompiti assenjati lilhom u b'hekk jilħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed, l-identità tal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u l-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fil-paragrafu 3, il-kompiti ta' dawk l-awtoritajiet, u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. Kull Membru Stat għandu jippubblika l-identità tal-awtorità kompetenti tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tal-punti uniċi ta' kuntatt disponibbli pubblikament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|