+Artikolu 10 Skwadri ta' rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters (CSIRTs)
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.
---+Artikolu 10 10.

Artikolu 10 Skwadri ta' rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters (CSIRTs)

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Kull Stat Membru għandu jaħtar jew jistabbilixxi CSIRT waħda jew aktar. Is-CSIRTs jistgħu jiġu maħturin jew stabbiliti ġewwa awtorità kompetenti. Is-CSIRTs għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1), ikopru tal-anqas is-setturi, is-sottosetturi u t-tipi ta' entità msemmija fl-Annessi I u II, u jkunu responsabbli għat-trattament tal-inċidenti f'konformità ma' proċess stabbilit b'mod ċar.
Artikolu 10 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull CSIRT ikollha riżorsi adegwati biex twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv kif stipulat fl-Artikolu 11(3).
Artikolu 10 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull CSIRT ikollha għad-dispożizzjoni tagħha infrastruttura ta' komunikazzjoni u informazzjoni xierqa, sigura u reżiljenti li permezz tagħha tiskambja informazzjoni ma' entitajiet essenzjali u importanti u ma' partijiet interessati rilevanti oħra. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull CSIRT tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' għodod siguri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.
Artikolu 10 4.
Is-CSIRTs għandhom jikkooperaw u, meta jkun xieraq, jiskambjaw informazzjoni rilevanti f'konformità mal-Artikolu 29 ma' komunitajiet settorjali jew transsettorjali ta' entitajiet essenzjali u importanti.
Artikolu 10 5.
Is-CSIRTs għandhom jipparteċipaw fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari organizzati f'konformità mal-Artikolu 19.
Artikolu 10 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni effettiva, effiċjenti u sigura tas-CSIRTs tagħhom fin-network tas-CSIRTs.
Artikolu 10 7.
Is-CSIRTs jistgħu jistabbilixxu relazzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' skwadri nazzjonali ta' rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters ta' pajjiżi terzi. Bħala parti minn tali relazzjonijiet ta' kooperazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw skambju ta' informazzjoni effettiv, effiċjenti u sigur ma' dawk l-iskwadri nazzjonali ta' rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters ta' pajjiżi terzi, bl-użu ta' protokolli għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti, inkluż il-protokoll dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Is-CSIRTs jistgħu jiskambjaw informazzjoni rilevanti ma' skwadri nazzjonali ta' rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters ta' pajjiżi terzi, inkluża data personali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 10 8.
Is-CSIRTs jistgħu jikkooperaw ma' skwadri nazzjonali ta' rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters ta' pajjiżi terzi jew korpi ekwivalenti ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari sabiex jipprovdulhom assistenza fil-qasam taċ-ċibersigurtà.
Artikolu 10 9.
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed l-identità tas-CSIRT imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u s-CSIRT maħtura bħala koordinatur skont l-Artikolu 12(1), il-kompiti rispettivi tagħhom fir-rigward tal-entitajiet essenzjali u importanti, u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom.
Artikolu 10 10.
L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-assistenza tal-ENISA fl-iżvilupp tas-CSIRTs tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit