+Artikolu 16 Network Ewropew ta' organizzazzjoni ta' kollegament f'każ ta' ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe)
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.

Artikolu 16 Network Ewropew ta' organizzazzjoni ta' kollegament f'każ ta' ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe)

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
L-UE-CyCLONe huwa stabbilit biex tiġi appoġġata l-ġestjoni kkoordinata tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira fil-livell operazzjonali u biex jiġi żgurat l-iskambju regolari ta' informazzjoni rilevanti bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.
Artikolu 16 2.
L-EU-CyCLONe għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi tal-Istati Membri kif ukoll, f'każijiet meta inċident taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira, potenzjali jew li jkun qed iseħħ, ikollu jew x'aktarx ikollu impatt sinifikanti fuq servizzi u attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni. F'każijiet oħra, il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fl-attivitajiet tal-EU-CyCLONe bħala osservatur.

L-ENISA għandha tipprovdi s-segretarjat tal-EU-CyCLONe u tappoġġa l-iskambju sigur tal-informazzjoni, u għandha tipprovdi wkoll l-għodod meħtieġa biex tappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri filwaqt li tiżgura skambju sigur ta' informazzjoni.

Meta jkun xieraq, l-EU-CyCLONe jista' jistieden lil rappreżentanti ta' partijiet interessati rilevanti biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu bħala osservaturi.

Artikolu 16 3.

L-EU-CyCLONe għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

li jżid il-livell ta' tħejjija tal-ġestjoni tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira;

(b) 

li jiżviluppa ta' għarfien komuni tas-sitwazzjoni għal inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira;

(c) 

li jivvaluta l-konsegwenzi u l-impatt ta' inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira rilevanti u jipproponi miżuri possibbli ta' mitigazzjoni;

(d) 

li jikkoordina l-ġestjoni ta' inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira u jappoġġa t-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livell politiku fir-rigward ta' tali inċidenti u kriżijiet;

(e) 

li jiddiskuti, fuq talba ta' Stat Membru kkonċernat, il-pjanijiet nazzjonali ta' rispons għall-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira msemmija fl-Artikolu 9(4).

Artikolu 16 4.
L-EU-CyCLONe għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 16 5.
L-EU-CyCLONe għandu jirrapporta fuq bażi regolari lill-Grupp ta' Kooperazzjoni dwar il-ġestjoni tal-inċidenti u l-kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira, kif ukoll fuq ix-xejriet, filwaqt li jiffoka b'mod partikolari fuq l-impatt tagħhom fuq l-entitajiet essenzjali u importanti.
Artikolu 16 6.
L-EU-CyCLONe għandu jikkoopera man-network tas-CSIRTs abbażi ta' arranġamenti proċedurali maqbula previsti fl-Artikolu 15(6).
Artikolu 16 7.
Sas-17 ta’ Lulju 2024, u kull 18-il xahar minn hemm 'il quddiem, l-EU-CyCLONe għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jivvaluta l-ħidma tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit