+Artikolu 18 Rapport dwar l-istat taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.

Artikolu 18 Rapport dwar l-istat taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.

F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Grupp ta' Kooperazzjoni, l-ENISA għandha tadotta rapport biennali dwar l-istat taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni u għandha tissottomettih u tippreżentah lill-Parlament Ewropew. Ir-rapport għandu, fost l-oħrajn, ikun disponibbli f'data li tinqara mill-magni u jinkludi dan li ġej:

(a) 

valutazzjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jitqies ix-xenarju ta' theddid ċibernetiku;

(b) 

valutazzjoni tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà fis-setturi pubbliċi u privati madwar l-Unjoni;

(c) 

valutazzjoni tal-livell ġenerali ta' sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u l-iġjene ċibernetika fost iċ-ċittadini u l-entitajiet, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;

(d) 

valutazzjoni aggregata tal-eżitu tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 19;

(e) 

valutazzjoni aggregata tal-livell ta' maturità tal-kapaċitajiet u r-riżorsi taċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni, inklużi dawk fil-livell settorjali, kif ukoll tal-punt sa fejn l-istrateġiji nazzjonali taċ-ċibersigurtà tal-Istati Membri huma allinjati.

Artikolu 18 2.
Ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet ta' politika partikolari, bil-ħsieb li jiġu indirizzati n-nuqasijiet u jiżdied il-livell taċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni, u sommarju tas-sejbiet għall-perjodu partikolari mir-Rapporti dwar is-Sitwazzjoni Teknika taċ-Ċibersigurtà fl-UE dwar inċidenti u theddid ċibernetiku mħejjija mill-ENISA f'konformità mal-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2019/881.
Artikolu 18 3.
L-ENISA, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, mal-Grupp ta' Kooperazzjoni u man-network tas-CSIRTs, għandha tiżviluppa l-metodoloġija, inklużi l-varjabbli rilevanti, bħalma huma l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi, tal-valutazzjoni aggregata msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit