+Artikolu 20 Governanza
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.

Artikolu 20 Governanza

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi maniġerjali tal-entitajiet essenzjali u importanti japprovaw il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà meħuda minn dawk l-entitajiet biex jikkonformaw mal-Artikolu 21, jissorveljaw l-implimentazzjoni tiegħu u jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur mill-entitajiet ta' dak l-Artikolu.

L-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fir-rigward tar-regoli tar-responsabbiltà applikabbli għall-istituzzjonijiet pubbliċi, kif ukoll ir-responsabbiltà tal-impjegati pubbliċi u l-uffiċjali eletti jew maħtura.

Artikolu 20 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korp maniġerjali ta' entitajiet essenzjali u importanti jkunu meħtieġa jsegwu taħriġ, u għandhom jinkoraġġixxu lill-entitajiet essenzjali u importanti joffru taħriġ simili lill-impjegati tagħhom b'mod regolari, sabiex jiksbu għarfien u ħiliet suffiċjenti ħalli jkunu jistgħu jidentifikaw ir-riskji u jivvalutaw il-prattiki tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà u l-impatt tagħhom fuq is-servizzi pprovduti mill-entità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit