+Artikolu 24 Użu tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.

Artikolu 24 Użu tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
Biex juru l-konformità ma' rekwiżiti partikolari tal-Artikolu 21, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu entitajiet essenzjali u importanti jużaw prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT u proċessi tal-ICT partikolari, żviluppati mill-entità essenzjali jew importanti jew akkwistati minn partijiet terzi, li huma ċċertifikati fl-ambitu ta' skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/881. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet essenzjali u importanti jużaw servizzi fiduċjarji kwalifikati.
Artikolu 24 2.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 38, sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika liema kategoriji ta' entitajiet essenzjali u importanti għandhom ikunu meħtieġa jużaw ċerti prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT u proċessi tal-ICT iċċertifikati jew jiksbu ċertifikat skont skema Ewropea taċ-ċibersigurtà adottata skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/881. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati meta jkunu ġew identifikati livelli insuffiċjenti ta' ċibersigurtà u għandhom jinkludu perjodu ta' implimentazzjoni.

Qabel ma tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt u għandha twettaq konsultazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2019/881.

Artikolu 24 3.
Meta ma tkun disponibbli l-ebda skema Ewropea xierqa taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Grupp ta' Kooperazzjoni u lill-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà, tista' titlob lill-ENISA tħejji skema kandidat skont l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) 2019/881.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit