+Artikolu 28 Bażi tad-data tad-data tar-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominji
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.

Artikolu 28 Bażi tad-data tad-data tar-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
Biex jikkontribwixxu għas-sigurtà, l-istabbiltà u r-reżiljenza tad-DNS, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-reġistri ta' ismijiet tat-TLD u l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji jiġbru u jżommu data preċiża u kompleta tar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji f'bażi tad-data ddedikata bid-diliġenza dovuta f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data fir-rigward tad-data li hija data personali.
Artikolu 28 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bażijiet tad-data tad-data tar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji ikun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati u kkuntattjati d-detenturi tal-ismijiet ta' dominji u l-punti ta' kuntatt li jamministraw l-ismijiet ta' dominji fl-ambitu tat-TLDs. Tali informazzjoni għandha tinkludi:

(a) 

l-isem tad-dominju;

(b) 

id-data tar-reġistrazzjoni;

(c) 

l-isem, l-indirizz tal-email ta' kuntatt u n-numru tat-telefon tar-reġistrant;

(d) 

l-indirizz tal-email ta' kuntatt u n-numru tat-telefon tal-punt ta' kuntatt li jamministra l-isem tad-dominju fil-każ li jkunu differenti minn dawk tar-reġistrant.

Artikolu 28 3.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-reġistri ta' ismijiet tat-TLD u l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri, inklużi proċeduri ta' verifika, biex jiżguraw li l-bażijiet tad-data msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu informazzjoni preċiża u kompleta. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li dawn il-politiki u l-proċeduri jkunu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 28 4.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-reġistri ta' ismijiet tat-TLD u l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji jagħmlu disponibbli pubblikament, mingħajr dewmien żejjed wara r-reġistrazzjoni ta' isem ta' dominji, id-data tar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji li mhix data personali.
Artikolu 28 5.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-reġistri ta' ismijiet tat-TLD u l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji jipprovdu aċċess għal data speċifika tar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji meta jsiru talbiet legali u debitament sostanzjati minn persuni ►C1  li jfittxu aċċess leġittimu ◄ , f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-reġistri ta' ismijiet tat-TLD u l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji jirrispondu mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa minn meta jirċievu xi talba għal aċċess. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-politiki u l-proċeduri fir-rigward tal-iżvelar ta' tali data jkunu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 28 6.
Il-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ma għandhiex tirriżulta f'duplikazzjoni tal-ġbir tad-data tar-reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-reġistri ta' ismijiet tat-TLD u l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' dominji jikkooperaw ma' xulxin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit