+Artikolu 30 Notifika volontarja ta' informazzjoni rilevanti
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
|
Artikolu 30 Notifika volontarja ta' informazzjoni rilevanti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li , minbarra l-obbligu ta' notifika previst fl-Artikolu 23, in-notifiki jkunu jistgħu jiġu ppreżentati lis-CSIRTs jew, fejn applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti, fuq bażi volontarja, minn:
(a)
entitajiet essenzjali u importanti fir-rigward ta' inċidenti, theddid ċibernetiku u kważi inċidenti;
(b)
entitajiet oħra li mhumiex imsemmija fil-punt (a), irrispettivament minn jekk jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, fir-rigward ta' inċidenti sinifikanti, theddid ċibernetiku u kważi inċidenti.
|
|
Artikolu 30 2.
|
L-Istati Membri għandhom jipproċessaw in-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 23. L-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità lill-ipproċessar tan-notifiki obbligatorji fuq in-notifiki volontarji. Fejn meħtieġ, is-CSIRTs u, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-punti uniċi ta' kuntatt bl-informazzjoni dwar in-notifiki riċevuti skont dan l-Artikolu, filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-protezzjonijiet xierqa tal-informazzjoni pprovduta mill-entità notifikanti. Mingħajr preġudizzju għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati kriminali, ir-rapportar volontarju ma għandux jirriżulta fl-impożizzjoni ta' xi obbligu fuq l-entità notifikanti li ma kinitx tkun soġġetta għalih kieku ma saritx dik in-notifika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|