+Artikolu 31 Aspetti ġenerali dwar is-superviżjoni u l-infurzar
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
|
Artikolu 31 Aspetti ġenerali dwar is-superviżjoni u l-infurzar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jissorveljaw b'mod effettiv u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 31 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jagħtu prijorità lil kompiti ta' superviżjoni. Tali prijoritizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Għal dak il-għan, meta jkunu qed jeżerċitaw il-kompiti superviżorji tagħhom previsti fl-Artikoli 32 u 33, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu metodoloġiji superviżorji li jippermettu l-prijoritizzazzjoni ta' tali kompiti skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju.
|
|
Artikolu 31 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji skont l-Artikolu (UE) 2016/679 meta jkunu qed jindirizzaw inċidenti li jirriżultaw fi ksur tad-data personali, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u l-kompiti tal-awtoritajiet superviżorji skont dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 31 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-oqfsa leġiżlattivi u istituzzjonali nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fis-superviżjoni tal-konformità tal-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika ma' din id-Direttiva u l-impożizzjoni ta' miżuri ta' infurzar fir-rigward tal-ksur ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat xierqa biex iwettqu tali kompiti b'indipendenza operazzjonali fir-rigward tal-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li jkunu taħt superviżjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar l-impożizzjoni ta' miżuri xierqa, proporzjonati u effettivi ta' superviżjoni u infurzar fir-rigward ta' dawk l-entitajiet f'konformità mal-oqfsa leġiżlattivi u istituzzjonali nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|