|
Settur
|
Sottosettur
|
Tip ta' entità
|
|
1. Enerġija
|
(a) Elettriku
|
— Impriżi tal-elettriku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (57), tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li jwettqu l-funzjoni ta' "provvista" kif definita fil-punt (12), tal-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva
|
— Operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2019/944
|
— Operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2019/944
|
— Produtturi kif definiti f-Artikolu 2, il-punt (38), tad-Direttiva (UE) 2019/944
|
— Operaturi nominati tas-suq tal-elettriku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
— Parteċipanti fis-suq kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2019/943 li jipprovdu servizzi ta' aggregazzjoni, ta' rispons għad-domanda jew ta' ħżin tal-enerġija kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (18), (20) u (59), tad-Direttiva (UE) 2019/944
— Operaturi ta' punt tal-irriċarġjar li huma responsabbli għall-ġestjoni u l-operazzjoni ta' punt tal-irriċarġjar, li jipprovdi servizz tal-irriċarġjar lill-utenti finali, inkluż f'isem fornitur ta' servizz ta' mobbiltà u minfloku;
|
|
(b) Tisħin u tkessiħ distrettwali
|
— Operaturi ta' tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (19), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)
|
|
(c) Żejt
|
— Operaturi ta' pipelines għat-trażmissjoni taż-żejt
|
— Operaturi ta' faċilitajiet tal-produzzjoni, tar-raffinar u tat-trattament, tal-ħżin u tat-trażmissjoni taż-żejt
|
— Entitajiet ċentrali ta' ħżin kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (f), tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE (4)
|
|
(d) Gass
|
— Impriżi tal-fornitura kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)
|
— Operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (6), tad-Direttiva 2009/73/KE
|
— Operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/73/KE
|
— Operaturi tas-sistema tal-ħżin kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva 2009/73/KE
|
— Operaturi tas-sistema tal-LNG kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva 2009/73/KE
|
— Impriżi tal-gass naturali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/73/KE
|
— Operaturi ta' faċilitajiet tar-raffinar u tat-trattament tal-gass naturali
|
|
(e) Idroġenu
|
— Operaturi tal-produzzjoni, tal-ħżin u tat-trażmissjoni tal-idroġenu
|
|
2. Trasport
|
(a) Ajru
|
— Trasportaturi tal-ajru kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (4), tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 użati għal skopijiet kummerċjali
|
— Korpi ta' tmexxija tal-ajruport kif definiti f-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ajruporti kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), ta' dik id-Direttiva, inklużi l-ajruporti ewlenin elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u l-entitajiet li joperaw installazzjonijiet anċillari li jinsabu f'dawk l-ajruporti
|
— Operaturi għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku li jipprovdu servizzi ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru (KTA) kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)
|
|
(b) Ferrovija
|
— Maniġers tal-infrastruttura kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (2), tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)
|
— Impriżi ferrovjarji kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2012/34/UE, inklużi operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (12), ta' dik id-Direttiva
|
|
(c) Ilma
|
— Kumpaniji għat-trasport ta' passiġġieri u merkanzija fuq l-ilma fl-ilmijiet interni, marittimu u kostali, kif definit għat-trasport marittimu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), li ma jinkludux il-bastimenti individwali mħaddma minn dawk il-kumpaniji
|
— Korpi ta' tmexxija ta' portijiet kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), inklużi l-faċilitajiet tal-port tagħhom kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, u entitajiet li jwettqu xogħlijiet u jħaddmu tagħmir f'dawk il-portijiet
|
— Operaturi ta' servizzi tat-traffiku tal-bastimenti (VTS) kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (o), tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12)
|
|
(d) Triq
|
— Awtoritajiet tat-toroq kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 (13) responsabbli għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku, għajr l-entitajiet pubbliċi li għalihom il-ġestjoni tat-traffiku jew it-tħaddim ta' sistemi intelliġenti tat-trasport huma biss parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom
|
— Operaturi ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (1), tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14)
|
|
3. Settur bankarju
|
|
Istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15)
|
|
4. Infrastrutturi tas-swieq finanzjarji
|
|
— Operaturi ta' ċentri ta' negozjar kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (24), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16)
|
— Kontropartijiet ċentrali (CCPs) kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17)
|
|
5. Saħħa
|
|
— Fornituri tal-kura tas-saħħa kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (g), tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18)
|
— Laboratorji ta' referenza tal-UE msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19)
|
— Entitajiet li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp ta' prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (2), tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20)
— Entitajiet li jimmanifatturaw prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 21 tan-NACE Rev. 2
— Entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi meqjusa kritiċi waqt emerġenza tas-saħħa pubblika (lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika) skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21)
|
|
6. Ilma tax-xorb
|
|
Fornituri u distributuri ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1)(a), tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), għajr id-distributuri li d-distribuzzjoni tagħhom tal-ilma għall-konsum mill-bniedem hi parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom ta' distribuzzjoni ta' komoditajiet u oġġetti oħrajn
|
|
7. Ilma mormi
|
|
Impriżi li jiġbru, jarmu jew jittrattaw ilma mormi urban, ilma mormi domestiku jew ilma mormi industrijali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (1), (2) u (3), tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (23) għajr l-impriżi li għalihom il-ġbir, ir-rimi jew it-trattament ta' ilma mormi urban, ilma mormi domestiku jew ilma mormi industrijali huwa parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom
|
|
8. Infrastruttura diġitali
|
|
— Fornituri ta' Punti ta' Skambju fuq l-Internet
|
— Fornituri ta' servizzi tad-DNS, għajr l-operaturi tar-root name servers
|
— Reġistraturi ta' isem TLD
|
— Fornituri ta' servizzi tal-cloud computing
|
— Fornituri ta' servizzi ta' ċentru tad-data
|
— Fornituri ta' network tal-konsenja tal-kontenut
|
— Fornituri ta' servizzi fiduċjarji
|
— Fornituri ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi
|
— Fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament,
|
|
9. Ġestjoni tas-servizzi tal-ICT (minn negozju għal negozju)
|
|
— Fornituri ta' servizzi ġestiti
— Fornituri ta' servizzi ta' sigurtà ġestiti
|
|
10. Amministrazzjoni pubblika
|
|
— Entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika ta' gvernijiet ċentrali kif definiti minn Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali
|
— Entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika fil-livell reġjonali kif definiti minn Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali
|
|
11. Spazju
|
|
Operaturi ta' infrastruttura terrestri, proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet terzi, u ġestita u operata mill-istess Stati Membri jew partijiet privati, li jappoġġaw l-forniment ta' servizzi bbażati fl-ispazju, għajr fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika
|
(1)
Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(2)
Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).
(3)
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)
(4)
Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi (ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9).
(5)
Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
(6)
Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11).
(7)
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(8)
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).
(9)
Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(10)
Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6).
(11)
Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet, (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28).
(12)
Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).
(13)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21).
(14)
Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).
(15)
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(16)
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(17)
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(18)
Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(19)
Ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26).
(20)
Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(21)
Ir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 1).
(22)
Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
(23)
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
|