|
Settur
|
Sottosettur
|
Tip ta' entità
|
|
1. Servizzi postali u tal-kurrier
|
|
Fornituri ta' servizzi postali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1a), tad-Direttiva 97/67/KE, inklużi fornituri ta' servizzi ta' kurrier
|
|
2. Immaniġġjar tal-iskart
|
|
Impriżi li jwettqu l-immaniġġjar tal-iskart kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (9), tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għajr impriżi li għalihom l-immaniġġjar tal-iskart mhux l-attività ekonomika prinċipali tagħhom
|
|
3. Manifattura, produzzjoni u distribuzzjoni ta' sustanzi kimiċi
|
|
Impriżi li jwettqu l-manifattura ta' sustanzi u d-distribuzzjoni ta' sustanzi jew taħlitiet, kif imsemmija fl-Artikolu 3, il-punti (9) u (14), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) U impriżi li jwettqu l-produzzjoni ta' oġġetti, kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (3), ta' dak ir-Regolament, minn sustanzi jew taħlitiet
|
|
4. Produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni alimentari
|
|
Negozji tal-ikel kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li huma involuti fid-distribuzzjoni bl-ingrossa u fil-produzzjoni u l-ipproċessar industrijali
|
|
5. Manifattura
|
(a) Manifattura ta' apparat mediku u apparat mediku dijanjostiku in vitro
|
Entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi dijanjostiċi in vitro kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għajr entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi msemmija fl-Anness I, il-punt 5, il-ħames inċiż, ta' din id-Direttiva
|
|
(b) Manifattura ta' prodotti għall-kompjuters, prodotti elettroniċi u prodotti ottiċi
|
Impriżi li jwettqu kwalunkwe attività mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 26 tan-NACE Rev. 2
|
|
(c) Manifattura ta' tagħmir elettriku
|
Impriżi li jwettqu kwalunkwe attività mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 27 tan-NACE Rev. 2
|
|
(d) Manifattura ta' makkinarju u tagħmir m.k.b.
|
Impriżi li jwettqu kwalunkwe attività mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 28 tan-NACE Rev. 2
|
|
(e) Manifattura ta' vetturi motorizzati, trejlers u semitrejler
|
Impriżi li jwettqu kwalunkwe attività mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 29 tan-NACE Rev. 2
|
|
(f) Manifattura ta' tagħmir ieħor għat-trasport
|
Impriżi li jwettqu kwalunkwe attività mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 30 tan-NACE Rev. 2
|
|
6. Fornituri diġitali
|
|
— Fornituri ta' swieq online
|
— Fornituri ta' magni tat-tiftix online
|
— Fornituri ta' pjattaformi ta' servizzi tan-networking soċjali
|
|
7. Riċerka
|
|
Organizzazzjonijiet tar-riċerka
|
(1)
Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(2)
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(3)
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(4)
Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(5)
Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
|