|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser:
(a)
impriża tal-assigurazzjoni li tagħmel disponibbli prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni (IBIP);
(b)
ditta tal-investiment li tipprovdi mmaniġġar ta' portafolji;
(c)
istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORP);
(d)
manifattur ta' prodott tal-pensjoni;
(e)
maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFM);
(f)
fornitur ta' prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew (PEPP);
(g)
maniġer ta’ fond kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju rreġistrat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;
(h)
maniġer ta’ fond kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali rreġistrat skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;
(i)
kumpannija maniġerjali ta' impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (kumpannija maniġerjali ta' UCITS); jew
(j)
istituzzjoni ta' kreditu li tipprovdi mmaniġġar ta' portafolji;
(2)
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(3)
“prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni” jew “IBIP” tfisser:
(a)
prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); jew
(b)
prodott tal-assigurazzjoni, li hu magħmul disponibbli għal investitur professjonali u, li joffri valur fil-maturità jew valur ta' ċessjoni li jkunu kompletament jew parzjalment esposti, direttament jew indirettament, għaċ-ċaqliq tas-suq;
(4)
“maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv” jew “AIFM” tfisser AIFM kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(5)
“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(6)
“immaniġġar ta’ portafoll” tfisser immaniġġar ta’ portafoll kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(7)
“istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali” jew “IORP” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali awtorizzata jew irreġistrata skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 ħlief istituzzjoni li fir-rigward tagħha Stat Membru ikun għażel li japplika l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva jew istituzzjoni li topera skemi tal-pensjoni li flimkien ikollhom anqas minn 15-il membru b'kollox;
(8)
“prodott tal-pensjoni” tfisser:
(a)
prodott tal-pensjoni kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014; jew
(b)
prodott tal-pensjoni individwali kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014;
(9)
“Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew” jew “PEPP” tfisser prodott kif imsemmi fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1238;
(10)
“kumpannija maniġerjali ta' UCITS” tfisser:
(a)
kumpannija maniġerjali kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE; jew
(b)
kumpannija ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE li ma nnominatx kumpannija maniġerjali awtorizzata taħt dik id-Direttiva għall-immaniġġar tagħha;
(11)
"konsulent finanzjarju" tfisser:
(a)
intermedjarju tal-assigurazzjoni li jipprovdi parir dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta' IBIPs;
(b)
impriża tal-assigurazzjoni li tipprovdi konsulenza dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta' IBIPs;
(c)
istituzzjoni ta’ kreditu li tipprovdi konsulenza ta' investiment;
(d)
ditta tal-investiment li tipprovdi parir dwar l-investiment;
(e)
AIFM li jipprovdi konsulenza dwar l-investiment skont il-punt (b)(i) tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2011/61/UE; jew
(f)
kumpannija maniġerjali tal-UCITS li tipprovdi parir dwar l-investiment skont il-punt (b)(i) tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2009/65/KE;
(12)
“prodott finanzjarju” tfisser:
(a)
portafoll immaniġġat skont il-punt (6) ta’ dan l-Artikolu;
(b)
fond ta’ investiment alternattiv (AIF);
(c)
IBIP;
(d)
prodott tal-pensjoni;
(e)
skema tal-pensjoni;
(f)
UCITS; jew
(g)
PEPP;
(13)
“fondi ta’ investiment alternattiv” jew “AIFs” tfisser AIFs kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(14)
“skema tal-pensjoni” tfisser skema tal-pensjoni kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;
(15)
“impriża ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli” jew “UCITS” tfisser impriża awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;
(16)
“parir dwar l-investiment” tfisser parir dwar investiment kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(17)
“investiment sostenibbli” tfisser investiment f’attività ekonomika li jikkontribwixxi għal objettiv ambjentali, bħal dawk imkejla, pereżempju, b’indikaturi ewlenin tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi dwar l-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, il-materja prima, l-ilma u l-art, dwar il-produzzjoni tal-iskart, u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, jew dwar l-impatt fuq il-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari; jew investiment f'attività ekonomika li jikkontribwixxi għal objettiv soċjali, b’mod partikolari investiment li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-inugwaljanza jew li jrawwem il-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni soċjali u r-relazzjonijiet industrijali, jew investiment fil-kapital uman jew f’komunitajiet ekonomikament jew soċjalment żvantaġġati, dment li tali investimenti ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil xi wieħed minn dawk l-objettivi u li l-kumpanniji destinatarji ta’ investiment isegwu prattiki ta' governanza tajbin, b'mod partikolari fir-rigward ta’ strutturi ta' maniġġar b'saħħithom, relazzjonijiet mal-impjegati, remunerazzjoni tal-persunal u konformità tat-taxxa;
(18)
“investitur professjonali” tfisser klijent li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;
(19)
“investitur fil-livell tal-konsumatur” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;
(20)
“intermedjarju tal-assigurazzjoni” tfisser intermedjarju tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;
(21)
“parir dwar l-assigurazzjoni” tfisser konsulenza kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;
(22)
"riskju għas-sostenibbiltà" tfisser avveniment jew kundizzjoni ambjentali, soċjali jew ta' governanza li, jekk dawn iseħħu, jistgħu jikkawżaw impatt attwali jew potenzjali negattiv fuq il-valur tal-investiment;
(23)
"fond Ewropew tal-investiment fuq terminu twil" jew "ELTIF" tfisser fond awtorizzat skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/760;
(24)
“fatturi ta’ sostenibbiltà” tfisser materji ambjentali, soċjali u dwar impjegati, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u materji fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|