L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, parzjalment jew totalment jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u l-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 għal istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar li jinsabu fl-istess Stat Membru u li huma affiljati permanentement ma' korp ċentrali li jissorveljhom u li huwa stabbilit fl-istess Stat Membru, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
▼B
(a)
l-impenji tal-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati jkunu obligazzjonijiet in solidum jew l-impenji tal-istituzzjonijiet affiljati miegħu jkunu ggarantiti totalment mill-korp ċentrali;
(b)
is-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet affiljati kollha jkunu mmonitorjati fis-sħuħija tagħhom fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-istituzzjonijiet;
(c)
il-maniġment tal-korp ċentrali jkollu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati.
L-Istati Membri jistgħu jżommu u jagħmlu użu mil-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu sakemm din ma tkunx f'konflitt ma' dan ir-Regolament jew mad-Direttiva 2013/36/UE.