+Artikolu 13 Applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq bażi kkonsolidata
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.

Artikolu 13 Applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq bażi kkonsolidata

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.

Sussidjarji kbar ta' istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 437, 438, 440, 442, 449a, 449b, 450, 451, 451a u 453 fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, fuq bażi subkonsolidata.

Artikolu 13 2.
L-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma entitajiet G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta’ riżoluzzjoni tagħhom.
Artikolu 13 3.
L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, kumpanniji holding finanzjarji prinċipali tal-UE, kumpanniji holding finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE jew entitajiet ta' riżoluzzjoni meta jkunu inklużi f'divulgazzjonijiet ekwivalenti fuq bażi konsolidata pprovduti minn impriża prinċipali stabbilita f'pajjiż terz.

It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika għal sussidjarji ta' impriżi prinċipali stabbiliti f'pajjiż terz fejn dawk is-sussidjarji jikkwalifikaw bħala sussidjarji kbar.

Artikolu 13 4.
Meta japplika l-Artikolu 10, il-korp ċentrali msemmi f'dak l-Artikolu għandu jikkonforma mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali. L-Artikolu 18(1) għandu japplika għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati għandhom jiġu ttrattati bħala sussidjarji tal-korp ċentrali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit