+Artikolu 18 Metodi ta' konsolidazzjoni prudenzjali
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
---+Artikolu 18 8.
---+Artikolu 18 9.
---+Artikolu 18 10.

Artikolu 18 Metodi ta' konsolidazzjoni prudenzjali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
Istituzzjonijiet, kumpanniji holding finanzjarji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom. Il-paragrafi 3 sa 6 u l-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw meta tapplika l-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni, kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija finanzjarja mħallta jew fuq is-sitwazzjoni subkonsolidata ta' sottogrupp ta' likwidità kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 10.

Għall-finijiet tal-Artikolu 11(3a), istituzzjonijiet li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 92a jew 92b fuq bażi konsolidata għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom fil-gruppi ta' riżoluzzjoni rilevanti.

Artikolu 18 3.
Fejn l-impriżi jkunu relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw kif titwettaq il-konsolidazzjoni.
Artikolu 18 4.
Il-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet u fl-istituzzjonijiet finanzjarji ġestiti minn impriża inkluża fil-konsolidazzjoni flimkien ma' impriża waħda jew aktar li ma humiex inklużi fil-konsolidazzjoni għandhom jiġu kkonsolidati b'mod proporzjonali skont is-sehem tal-kapital miżmum, meta r-responsabbiltà ta' dawk l-impriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li għandhom.
Artikolu 18 5.
Fil-każ tal-parteċipazzjonijiet jew rabtiet kapitali għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif għandha titwettaq. B'mod partikolari, huma jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu tal-ekwità. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata.
Artikolu 18 6.

Awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif din għandha titwettaq fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar, iżda mingħajr ma jkollha parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħra f'dawk l-istituzzjonijiet; u

(b) 

meta żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew iktar jitpoġġew taħt maniġment uniku differenti minn dak skont il-kuntratt, il-klawżoli tal-memoranda jew l-Artikoli ta' assoċjazzjoni tagħhom.

B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jirrikjedu l-użu tal-metodu previst fl-Artikolu 22(7), (8) u (9) tad-Direttiva 2013/34/UE.

Artikolu 18 7.
►M17  Meta istituzzjoni jkollha sussidjarja li tkun impriża għajr istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja jew ikollha parteċipazzjoni f'tali impriża, hija għandha tapplika l-metodu tal-ekwità għal dik is-sussidjarja jew il-parteċipazzjoni. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata. ◄

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jitolbu lill-istituzzjonijiet japplikaw metodu differenti għal tali sussidjarji jew parteċipazzjonijiet, inkluż il-metodu meħtieġ mill-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, dment li:

(a) 

l-istituzzjoni ma tapplikax diġà l-metodu tal-ekwità fit-28 ta' Diċembru 2020;

(b) 

ikun ta' piż sproporzjonat li jiġi applikat il-metodu tal-ekwità jew il-metodu tal-ekwità ma jirriflettix b'mod adegwat ir-riskji li l-impriża msemmija fl-ewwel subparagrafu toħloq lill-istituzzjoni; u

(c) 

il-metodu applikat ma jirriżultax f'konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' dik l-impriża.

Artikolu 18 8.

►M17  Awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' sussidjarja jew ta' impriża li fiha istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni meta dik is-sussidjarja jew l-impriża ma hijiex istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja u fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄

(a) 

l-impriża mhijiex impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni ta' pajjiż terz, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew impriża eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva;

(b) 

hemm riskju sostanzjali li l-istituzzjoni tiddeċiedi li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil dik l-impriża f'kondizzjonijiet ta' stress, fin-nuqqas ta', jew lil hinn minn kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jiġi provdut tali appoġġ.

Artikolu 18 9.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li f'konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 sa 6 u l-paragrafu 8.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 18 10.
L-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025 dwar il-kompletezza u l-adegwatezza tad-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw is-superviżjoni tat-tipi kollha ta' riskji li għalihom huma esposti l-istituzzjonijiet f’livell konsolidat. L-EBA għandha tivvaluta b'mod partikolari xi diskrepanza li jifdal possibbli f'dawn id-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet flimkien mal-interazzjoni tagħhom mal-qafas kontabilistiku applikabbli, u kull aspett li jifdal li jista' joħloq restrizzjonijiet mhux intenzjonati għal superviżjoni konsolidata li tkun komprensiva u adattabbli għal sorsi jew għal tipi ġodda ta' riskji jew ta' strutturi li jistgħu jwasslu għal arbitraġġ regolatorju. L-EBA għandha taġġorna r-rapport tagħha mill-inqas darba kull sentejn.

Fid-dawl tas-sejbiettal-EBA, il-Kummissjoni għandha, fejn adegwat, tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex isiru l-aġġustamenti għad-definizzjonijiet rilvanti jew l-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit