+Artikolu 26 Elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.

Artikolu 26 Elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.

Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ istituzzjonijiet jikkonsistu f’dawn li ġejjin:

(a) 

strumenti kapitali, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli,l-Artikolu 29 ikunu sodisfatti;

(b) 

il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);

(c) 

qligħ miżmum;

(d) 

introjtu ieħor komprensiv akkumulat;

(e) 

riżervi oħra;

(f) 

fondi għal riskju bankarju ġenerali.

L-elementi msemmija fil-punti (c) sa (f) għandhom jiġu rikonoxxuti bħala Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss fejn huma disponibbli għall-istituzzjoni għal użu mingħajr restrizzjonijiet u immedjat biex jiġu koperti r-riskji jew telf hekk kif dawn iseħħu.

Artikolu 26 2.

Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu profitt interim jew ta’ tmiem is-sena f’kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 qabel l-istituzzjoni tkun ħadet deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitt jew telf finali tal-istituzzjoni għas-sena biss bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess, f'każ li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dawk il-profitti ġew ivverifikati minn persuni indipendenti tal-istituzzjoni li huma responsabbli għall-verifika tal-kontijiet ta’ dik l-istituzzjoni;

(b) 

l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li kwalunkwe addebitament jew dividend prevedibbli tnaqqas mill-ammont ta’ dak il-profitt.

Verifika tal-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena tal-istituzzjoni għandha tipprovdi livell adegwat ta’ aċċertament li dawk il-profitti ġew evalwati skont il-prinċipji stabbiliti fil-qafas tal-kontabbiltà applikabbli

Artikolu 26 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk il-ħruġ ta' strumenti kapitali jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29. L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-ħruġ tal-istrumenti kapitali bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss wara li jingħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjonijiet jistgħu jikklassifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ħruġ sussegwenti ta' forma ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li għalihom ikunu diġà rċevew din l-awtorizzazzjoni, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dak il-ħruġ sussegwenti huma sostanzjalment l-istess bħal dawk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu diġà rċevew permess;

(b) 

l-istituzzjonijiet ikunu nnotifikaw dak il-ħruġ sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien biżżejjed qabel il-klassifikazzjoni tiegħu bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma jingħata permess għal forom ġodda ta' strumenti kapitali sabiex jiġu kklassifikati bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod dovut l-opinjoni tal-ABE u, meta jiddeċiedu li jiddevjaw minnha, għandhom jiktbu lill-ABE fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta jirċievu l-opinjoni tal-ABE billi jispjegaw ir-raġunament għad-devjazzjoni mill-opinjoni rilevanti. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.

Abbażi ta' informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta' strumenti kapitali f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE tista' tiġbor kull informazzjoni b'rabta ma' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li hija tqis meħtieġa biex tistabbilixxi l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament u għall-fini li tinżamm u tiġi aġġornata l-lista msemmija f'dan is-subparagrafu.

Wara l-proċess ta' analiżi stabbilit fl-Artikolu 80 u, fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li l-istrumenti ta' kapital rilevanti ma jissodisfawx jew waqfu milli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29, l-ABE tista' tiddeċiedi li ma żżidx dawk l-istrumenti fil-lista msemmija fir-raba' subparagrafu jew tneħħihom minn dik il-lista, skont il-każ. L-ABE għandha tagħmel notifika f'dak is-sens u għandha tirreferi wkoll għall-pożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti dwar il-kwistjoni. Dan is-subparagrafu ma japplikax għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.

Artikolu 26 4.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tifsira ta’ prevedibbli meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk kwalunkwe addebitament jew dividend prevedibbli tnaqqasx.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit