+Artikolu 33 Koperturi tal-flussi ta' flus u l-bidliet fil-valur tal-obbligazzjonijiet proprji
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.

Artikolu 33 Koperturi tal-flussi ta' flus u l-bidliet fil-valur tal-obbligazzjonijiet proprji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.

L-istituzzjonijiet m’għandhomx jinkludu l-elementi li ġejjin fi kwalunkwe element ta’ fondi proprji:

(a) 

ir-riżervi ta’ valur ġust relatati mal-qligħ jew telf fuq il-koperturi tal-flussi tal-flus ta’ strumenti finanzjarji li ma jkunux valutati f’valur ġust, inklużi l-flussi tal-flus ipproġettati;

(b) 

qligħ jew telf fuq obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li jkunu vvalutati b’valur ġust li jirriżulta minn bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni;

▼M8

(c) 

profitt u telf tal-valur ġust fuq obbligazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn tibdil fir-riskju ta' kreditu proprju tal-istituzzjoni.

▼B

Artikolu 33 2.
Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet m'għandhomx ipaċu l-qligħ u telf b'valur ġust li jirriżulta mir-riskju proprju ta' kreditu tal-istituzzjoni b'dawk li jirriżultaw mir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti tagħha.
Artikolu 33 3.

Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu l-ammont ta' qligħ u telf fuq l-obbligazzjonijiet tagħhom fil-fondi proprji meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-obbligazzjonijiet huma fil-forma ta' bonds kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(b) 

il-bidliet fil-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni huma minħabba l-istess bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni;

(c) 

hemm korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds imsemmija fil-punt (a) u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni;

(d) 

huwa possibbli li jinfeda s-self ipotekarju billi jinxtraw lura l-bonds li jiffinanzjaw is-self ipotekarju b'valur tas-suq jew dak nominali.

Artikolu 33 4.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta'standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dak li jikkostitwixxi korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds u l-valur tal-assi, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit