+Artikolu 72c Amortizzazzjoni ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 72c 1.
---+Artikolu 72c 2.
---+Artikolu 72c 3.
---+Artikolu 72c 4.
|
Artikolu 72c Amortizzazzjoni ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72c 1.
|
L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' mill-inqas sena għandhom jikkwalifikaw bis-sħiħ bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.
|
|
Artikolu 72c 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludu għażla ta' tifdija għad-detentur eżerċitabbli qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tiġi ddefinita bħala l-iktar data kmieni possibbli li fiha d-detentur jista' jeżerċita l-għażla ta' tifdija u jitlob it-tifdija jew il-ħlas lura tal-istrument.
|
|
Artikolu 72c 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludi inċentiv għall-emittent biex jixtri, jifdi, iħallas lura jew jixtri mill-ġdid l-istrument qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tiġi ddefinita bħala l-iktar data kmieni possibbli li fiha l-emittent jista' jeżerċita dik l-opzjoni u jitlob it-tifdija jew il-ħlas lura tal-istrument.
|
|
Artikolu 72c 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludi opzjonijiet ta' tifdija bikrija li huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, iżda fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-istrument jinxtara, jiġi mifdi, jitħallas lura jew mixtri mill-ġdid qabel il-maturità u ma jinkludux l-ebda opzjoni ta' tifdija jew ħlas lura fid-diskrezzjoni tad-detenturi, il-maturità tal-istrument għandha tiġi definita bħala il-maturità oriġinali ddikjarata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|