+Artikolu 185 Validazzjoni ta’ stimi interni

Artikolu 185 Validazzjoni ta’ stimi interni

Artikolu 185

Validazzjoni ta’ stimi interni

L-istituzzjonijiet għandhom jivvalidaw l-istimi interni tagħhom soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ sistemi robusti biex jivvalidaw il-preċiżjoni u l-konsistenza tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni, il-proċessi, u l-istimi kollha tal-parametri tar-riskju rilevanti. Il-proċess ta’ validazzjoni interna għandu jippermetti lill-istituzzjoni tivvaluta l-prestazzjoni tas-sistemi interni ta’ klassifikazzjoni u ta’ stima tar-riskju b’mod konsistenti u sinifikattiv;

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom iqabblu b’mod regolari r-rati ta’ inadempjenzi realizzati mal-PDs stmati għal kull grad u, fejn ir-rati ta’ inadempjenza realizzati jkunu barra l-medda mistennija għal dak il-grad, l-istituzzjonijiet għandhom b’mod speċifiku janalizzaw ir-raġunijiet għad-devjazzjoni. L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi proprji tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni għandhom iwettqu wkoll analiżi analoga ta’ dawn l-istimi. Dawn il-paraguni għandhom jagħmlu użu mid-data storika li tkopri perijodu twil kemm jista’ jkun. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodi u d-data użati f’dawn il-paraguni. Din l-analiżi u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu aġġornati mill-inqas fuq bażi annwali;

(c) 

l-istituzzjonijiet għandhom jużaw għodod ta’ validazzjoni kwantitattiva oħrajn u paraguni ma’ sorsi esterni ta’ data rilevanti. L-analiżi għandha tkun ibbażata fuq data li tkun adattata għall-portafoll, aġġornata regolarment, u tkopri perijodu ta’ osservazzjoni rilevanti. Il-valutazzjonijiet interni tal-istituzzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħhom għandhom ikunu bbażati fuq perijodu twil kemm jista’ jkun;

(d) 

il-metodi u d-data użati għall-validazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konsistenti tul iż-żmien. Bidliet fil-metodi tal-istimi u l-validazzjoni u d-data (kemm is-sorsi tad-data fif ukoll il-perijodi koperti) għandhom jiġu ddokumentati;

(e) 

l-istituzzjonijiet għandu jkollhom standards interni validi għal sitwazzjonijiet fejn derivazzjonijiet f’PDs, LGDs, fatturi ta’ konverżjoni u telf totali realizzati, fejn jintuża l-EL, minn aspettattivi, isiru sinifikattivi biżżejjed sabiex jixħtu dubju fuq il-validità tal- istimi. Dawn l-istandards għandhom jikkunsidraw iċ-ċikli ekonomiċi u l-varjabbiltà sistematika simili fl-esperjenzi ta’ inadempjenza. Fejn il-valuri realizzati jibqgħu ogħla mill-valuri mistennija, l-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-istimi ’l fuq sabiex jirreflettu l-esperjenzi tagħhom ta’ inadempjenza u ta’ telf;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit