+Artikolu 204 Tipi ta’ derivati tal-kreditu eliġibbli
---+Artikolu 204 1.
---+Artikolu 204 2.
---+Artikolu 204 3.
|
Artikolu 204 Tipi ta’ derivati tal-kreditu eliġibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 204 1.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw it-tipi ta’ derivati tal-kreditu li ġejjin, u l-istrumenti li jistgħu jiġu komposti minn tali derivati tal-kreditu jew li huma ekonomikamet effettivament simili, bħall-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli:
(a)
swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (credit default swaps);
(b)
swaps totali tar-redditu;
(c)
noti marbutin mal-kreditu (credit linked notes) sal-limitu tal-kopertura tagħhom bi flus.
Fejn l-istituzzjoni tixtri l-protezzjoni tal-kreditu permezz ta’ total return swap u tirreġistra l-pagamenti netti irċevuti mas-swap bħala dħul nett, iżda ma tirreġistrax id-deterjorament korrispondenti fil-valur tal-assi li huwa protett jew billi tnaqqas il-valur ġust jew permezz ta’ żieda fir-riżervi, dik il-protezzjoni tal-kreditu ma tikkwalifikax bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli.
|
|
Artikolu 204 2.
|
Fejn l-istituzzjoni twettaq hedge interna permezz ta’ derivat tal-kreditu, sabiex il-protezzjoni tal-kreditu tikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, ir-riskju tal-kreditu trasferit fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi ttrasferit lil parti terza jew partijiet terzi. Fejn tkun twettqet hedge interna skont l-ewwel subparagrafu u r-rekwiżiti f’dan il-Kapitolu ikunu ntlaħqu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 4 sa 6 għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija fejn dawn jixtru protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu.
|
|
Artikolu 204 3.
|
Id-derivattivi ta' kreditu tat-tip “first-to-default” u d-derivattivi ta' kreditu tat-tip “nth-to-default” l-oħrajn kollha ma għandhomx ikunu tipi eliġibbli ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata skont dan il-Kapitolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|