+Artikolu 249 Rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni
---+Artikolu 249 1.
---+Artikolu 249 2.
---+Artikolu 249 3.
---+Artikolu 249 4.
---+Artikolu 249 5.
---+Artikolu 249 6.
---+Artikolu 249 7.
---+Artikolu 249 8.
---+Artikolu 249 9.
---+Artikolu 249 10.

Artikolu 249 Rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 249 1.
Istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu stabbiliti f’dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu 4.
Artikolu 249 2.
Il-protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata eliġibbli tkun limitata għal kollateral finanzjarju li huwa eliġibbli għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-Kapitolu 2, kif stipulat fil-Kapitolu 4, u r-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għandu jkun soġġett għal konformità mar-rekwiżiti rilevanti, kif stipulat fil-Kapitolu 4.

Il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli u l-fornituri ta’ tali protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata jkunu limitati għal dawk li huma eliġibbli skont il-Kapitolu 4 u r-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jkun soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti rilevanti, kif stipulat fil-Kapitolu 4.

Artikolu 249 3.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-fornituri eliġibbli ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata elenkati fil-punt (g) tal-Artikolu 201(1) għandhom ikunu ġew assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta li kienet skala 2 jew aktar tal-kwalità kreditizja fil-mument meta l-protezzjoni ta’ kreditu kienet rikonoxxuta għall-ewwel darba u li attwalment tkun skala 3 jew aktar tal-kwalità kreditizja.

L-istituzzjonijiet li huma permessi japplikaw l-Approċċ IRB għal skopertura diretta għall-fornitur tal-protezzjoni jistgħu jivvalutaw l-eliġibbiltà skont l-ewwel subparagrafu abbażi tal-ekwivalenza tal-PD għall-fornitur tal-protezzjoni għall-PD assoċjat mal-iskali tal-kwalità kreditizja msemmija fl-Artikolu 136.

Artikolu 249 4.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-SSPEs ikunu fornituri ta’ protezzjoni eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-SSPE jkollha assi li jikkwalifikaw bħala kollateral finanzjarju eliġibbli skont il-Kapitolu 4;

(b) 

l-assi msemmija fil-punt (a) ma jkunux soġġetti għal pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti li jikklassifikaw quddiem jew pari passu mal-pretensjoni jew mal-pretensjoni kontinġenti tal-istituzzjoni li tirċievi protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata; u

(c) 

jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għar-rikonoxximent tal-kollateral finanzjarju stabbiliti fil-Kapitolu 4.

Artikolu 249 5.
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-ammont tal-protezzjoni aġġustat għal kwalunkwe diskrepanzi fil-munita u fil-maturità (Ga) skont il-Kapitolu 4 għandu jkun limitat għall-valur tas-suq aġġustat għall-volatilità ta’ dawk l-assi, filwaqt li l-piż tar-riskju tal-iskoperturi għall-fornitur tal-protezzjoni, kif speċifikat skont l-Approċċ Standardizzat (g), għandu jiġi ddeterminat bħala l-piż tar-riskju medju ponderat li japplika għal dawk l-assi bħala kollateral finanzjarju skont l-Approċċ Standardizzat.
Artikolu 249 6.

Meta pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tibbenifika minn protezzjoni sħiħa tal-kreditu jew protezzjoni parzjali tal-kreditu fuq bażi pro-rata, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni li tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-porzjon tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tibbenifika mill-protezzjoni ta’ kreditu skont is-Subtaqsima 3 bħallikieku kienet qed iżżomm dak il-porzjon tal-pożizzjoni direttament;

(b) 

l-istituzzjoni li tixtri l-protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-Kapitolu 4 għall-porzjon protett.

Artikolu 249 7.

Fil-każijiet kollha li mhumiex koperti mill-paragrafu 6, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni li tipprovdi l-protezzjoni tal-kreditu għandha tittratta l-porzjon tal-pożizzjoni li jibbenefika mill-protezzjoni tal-kreditu bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju bħallikieku kienet qed iżżomm dik il-pożizzjoni direttament skont is-Subtaqsima 3, soġġetta għall-paragrafi 8, 9 u 10;

(b) 

l-istituzzjoni li tixtri l-protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-porzjon protett tal-pożizzjoni msemmija fil-punt (a) skont il-Kapitolu 4. L-istituzzjoni għandha tittratta l-porzjon tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma jibbenefikax mill-protezzjoni tal-kreditu bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni separata u għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont is-Subtaqsima 3, soġġetta għall-paragrafi 8, 9 u 10.

Artikolu 249 8.
L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni tat-Titolizzazzjoni (SEC-IRBA) jew l-Approċċ Standardizzat tat-Titolizzazzjoni (SEC-SA) taħt is-Subtaqsima 3 għandhom jiddeterminaw il-punt ta’ kuntatt (A) u l-punt ta’ distakkament (D) separatament għal kull waħda mill-pożizzjonijiet derivati skont il-paragrafu 7 bħallikieku dawn inħarġu bħala pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni separati fiż-żmien tal-oriġinar tat-tranżazzjoni. Il-valur ta’ KIRB jew KSA, rispettivament, għandu jiġi kkalkolat wara li tittieħed f’kunsiderazzjoni l-aggregazzjoni oriġinali tal-iskoperturi li huma l-bażi tat-titolizzazzjoni.
Artikolu 249 9.

L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni tat- Titolizzazzjoni (SEC-ERBA) taħt is-Subtaqsima 3 għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni oriġinali għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjonijiet derivati skont il-paragrafu 7 kif ġej:

(a) 

meta l-pożizzjoni derivata jkollha l-ogħla superjorità, hija għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni oriġinali;

(b) 

meta l-pożizzjoni derivata jkollha l-inqas superjorità, hija tista’ tiġi assenjata klassifikazzjoni inferita skont l-Artikolu 263(7). F’dak il-każ, l-input tal-ħxuna T għandu jiġi kkalkolat biss fuq il-bażi tal-pożizzjoni derivata.Meta ma tkunx tista’ tiġi inferita klassifikazzjoni, l-istituzzjoni tapplika l-ogħla piż tar-riskju li jirriżulta minn:

(i) 

l-applikazzjoni tas-SEC-SA skont il-paragrafu 8 u s-Subtaqsima 3; jew

(ii) 

il-piż tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni oriġinali skont is-SEC-ERBA.

Artikolu 249 10.
Il-pożizzjoni derivata bl-inqas superjorità għandha tkun ttrattata bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux superjuri anki jekk il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni oriġinali qabel il-protezzjoni tikkwalifika bħala waħda superjuri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit