|
+Artikolu 270c Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs |
Artikolu 270c Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIsArtikolu 270c Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont it-Taqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biss valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ma jkun hemm ebda diskrepanza bejn it-tipi ta’ pagamenti riflessi fil-valutazzjoni ta’ kreditu u t-tipi ta’ pagamenti li għalihom hija intitolata l-istituzzjoni skont il-kuntratt li jwassal għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni inkwistjoni;
(b)
l-ECAI tippubblika l-valutazzjonijiet ta’ kreditu u l-informazzjoni dwar l-analiżi tat-telf u tal-fluss tal-flus, is-sensittività tal-klassifikazzjonijiet għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti, inkluża l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti, u dwar il-proċeduri, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-elementi ewlenin li huma l-bażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-informazzjoni għandha titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku meta hija tkun ġiet ippubblikata f’format aċċessibbli. L-informazzjoni li tkun disponibbli biss għal numru limitat ta’ entitajiet ma għandhiex titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku;
(c)
il-valutazzjonijiet ta’ kreditu jiġu inklużi fil-matriċi tat-transizzjoni tal-ECAI;
(d)
il-valutazzjonijiet ta’ kreditu mhumiex ibbażati jew parzjalment ibbażati fuq l-appoġġ mhux iffinanzjat ipprovdut mill-istituzzjoni nnifisha. Meta pożizzjoni tkun ibbażata jew parzjalment ibbażata fuq appoġġ mhux iffinanzjat, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dik il-pożizzjoni bħallikieku ma kinitx ikklassifikata għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal din il-pożizzjoni skont it-Taqsima 3;
(e)
l-ECAI impenjat ruħha li tippubblika spjegazzjonijiet dwar kif il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti taffettwa l-valutazzjoni ta’ kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|