+Artikolu 291 Riskju ta' Korrelazzjoni Negattiva (Wrong-Way)
---+Artikolu 291 1.
---+Artikolu 291 2.
---+Artikolu 291 3.
---+Artikolu 291 4.
---+Artikolu 291 5.
---+Artikolu 291 6.

Artikolu 291 Riskju ta' Korrelazzjoni Negattiva (Wrong-Way)

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 291 1.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

“Riskju Ġenerali Wrong-Way” jirriżulta meta l-probabbiltà ta’ inadempjenza mill-kontropartijiet tkun korrelatata b’mod pożittiv mal-fatturi ġenerali tar-riskju tas-suq;

(b) 

“Riskju Speċifiku Wrong-Way” jirriżulta meta skopertura futura għal kontroparti speċifika tkun korrelatata b’mod pożittiv mal-probabblità ta' inadempjenza tal-kontroparti minħabba n-natura tat-transazzjonijiet mal-kontroparti. Istituzzjoni għandha tkun ikkunsidrata li hija esposta għal Riskju Speċifiku Wrong-Way jekk l-iskopertura futura għal kontroparti speċifika mistennija li tkun għolja meta l-probabbiltà ta' inadempjenza tal-kontroparti tkun ukoll għolja.

Artikolu 291 2.
Istituzzjoni għandha tqis b’mod xieraq l-iskoperturi li jwasslu għal riskju Ġenerali u Speċifiku Wrong-Way sinifikanti.
Artikolu 291 3.
Sabiex jiġi identifikat ir-riskju Ġenerali Wrong-Way, istituzzjoni għandha tfassal ittestjar għal stress u analiżi tax-xenarji għall-fatturi tar-riskju minn kondizzjonijiet ta' stress li huma relatati b’mod negattiv mal-affidabbiltà kreditizja tal-kontroparti. Tali ttestjar għandu jindirizza l-possibbiltà ta’ xokkijiet gravi li jseħħu meta jkunu jinbidlu r-relazzjonijiet bejn il-fatturi tar-riskju. L-istituzzjoni għandha jissorvelja r-Riskju Ġenerali Wrong-Way skont il-prodott, ir-reġjun, l-industrija, jew skont kategoriji oħrajn li huma rilevanti għan-negozju.
Artikolu 291 4.
Istituzzjoni għandu jkollha proċeduri sabiex jidentifikaw, jissorveljaw u jikkontrollaw każijiet ta’ Riskju Speċifiku Wrong-Way għal kull entità ġuridika, mill-bidu ta’ transazzjoni u li jkomplu matul iż-żmien tat-transazzjoni.
Artikolu 291 5.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għas-CCR fir-rigward ta’ transazzjonijiet fejn ġie identifikat Riskju Speċifiku Wrong-Way u fejn teżisti konnessjoni legali bejn il-kontroparti u l-emittent tas-sottostanti tad-derivat OTC jew is-sottostanti tat-transazzjonijiet kif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 273(2), skont il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

l-istrumenti fejn jeżisti r-Riskju Speċifiku Wrong-Way ma għandhomx jiġu inklużi fl-istess sett ta’ netting bħal transazzjonijiet oħrajn mal-kontroparti, u kull wieħed għandu jiġi ttrattat bħala sett ta’ netting separat;

(b) 

f’kull tali sett ta’ netting separat, għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu b’isem wieħed il-valur tal-iskopertura jkun daqs it-telf sħiħ fil-valur mistenni tal-valur ġust residwu tal-istrumenti sottostanti abbażi tas-suppożizzjoni li l-emittent sottostanti jkun f’likwidazzjoni;

(c) 

l-LGD għall-istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3 għandu jkun ta’ 100 % għal tali transazzjonijiet ta’ swap;

(d) 

għal istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 2, il-piż tar-riskju applikabbli għandu jkun dak ta’ transazzjoni mhux iggarantita;

(e) 

għat-transazzjonijiet l-oħra kollha li jirreferu għal isem wieħed f’kull tali sett ta’ netting separat, il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għandu jkun konsistenti mas-suppożizzjoni ta’ inadempjenza immedjata (jump-to-default) ta' dawk l-obbligazzjonijiet sottostanti meta l-emittent ikun legalment marbut mal-kontroparti. Għal transazzjonijiet li jirreferu għal basket ta' ismijiet jew indiċi, l-inadempjenza immedjata tal-obbligazzjonijiet sottostanti rispettivi meta l-emittent ikun legalment marbut mal-kontroparti għandha tiġi applikata, jekk materjali;

▼M17

(f) 

sa fejn il-kalkolu juża kalkoli tar-riskju tas-suq eżistenti għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza kif stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1a, it-Taqsima 4 jew 5, jew għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza kif stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1b, it-Taqsima 3, li diġà fihom suppożizzjoni tal-LGD, l-LGD fil-formula użata għandha tkun ta' 100 %.

▼B

Artikolu 291 6.
L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu lill-amministrazzjoni għolja u lill-kumitat adatt tal-korp ta' ġestjoni b’rapporti regolari kemm dwar ir-Riskju Speċifiku Wrong-Way kif ukoll dwar ir-Riskju Ġenerali Wrong-Way u dwar il-passi li qed jittieħdu sabiex jiġu ġestiti dawn ir-riskji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit