+Artikolu 308 Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' QCCP
---+Artikolu 308 1.
---+Artikolu 308 2.
---+Artikolu 308 3.

Artikolu 308 Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' QCCP

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 308 1.
Il-valur tal-iskopertura għall-kontribuzzjoni prefinanzjata għall-fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' QCCP (DFi) għandu jkun l-ammont imħallas jew il-valur tas-suq tal-assi kif mogħti minn dik l-istituzzjoni mnaqqas bi kwalunkwe ammont minn dik il-kontribuzzjoni li l-QCCP tkun diġà użat biex tassorbi t-telf tagħha wara inadempjenza minn membru wieħed ta' kklerjar tagħha jew aktar.
Artikolu 308 2.

Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji sabiex tkopri l-iskopertura li tirriżulta mill-kontribuzzjoni prefinanzjata tagħha kif ġej:

image

fejn:

Ki

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji;

i

=

l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar;

KCCP

=

il-kapital ipotetiku tal-QCCP ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-QCCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

DFi

=

il-kontribuzzjoni prefinanzjata;

DFCCP

=

ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tas-CCP ikkomunikati lill-istituzzjoni mis-CCP f'konformità mal-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u

DFCM

=

is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri tal-ikklerjar kollha tal-QCCP ikkomunikata lill-istituzzjoni mill-QCCP f'konformità mal-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 308 3.
Istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni prefinanzjata ta' dik l-istituzzjoni għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP għall-finijiet tal-Artikolu 92(3) bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, immultiplikati bi 12,5.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit