+Artikolu 325m Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjoni
---+Artikolu 325m 1.
---+Artikolu 325m 2.
---+Artikolu 325m 3.
---+Artikolu 325m 4.

Artikolu 325m Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325m 1.
Il-fatturi delta ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti ta' nontitolizzazzjoni li huma sensittivi għall-firxa tal-kreditu għandhom ikunu r-rati tal-firxa tal-kreditu tal-emittent ta' dawk l-istrumenti, inferiti mill-istrumenti tad-dejn u mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti, u kklassifikati għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' riskju wieħed għal kull emittent u maturità, irrispettivament minn jekk dawk ir-rati ta' firxa tal-kreditu tal-emittent humiex inferiti mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu. Il-buckets għandhom ikunu buckets settorjali, kif imsemmi fit-Taqsima 6, u kull bucket għandu jinkludi l-fatturi ta' riskju kollha allokati għas-settur rilevanti.
Artikolu 325m 2.
Il-fatturi vega ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti ta' nontitolizzazzjoni li huma sensittivi għall-firxa tal-kreditu għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-firxa tal-kreditu tal-emittent tas-sottostanti inferiti kif stabbilit fil-paragrafu 1, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturità tal-opzjoni soġġetta għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istess buckets għandhom jintużaw bħall-buckets li ntużaw għar-riskju delta tal-firxa tal-kreditu għan-nontitolizzazzjoni.
Artikolu 325m 3.
Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu tal-kurvatura li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti ta' nontitolizzazzjoni għandhom jikkonsistu minn vettur wieħed ta' rati tal-firxa tal-kreditu, li jirrappreżentaw kurva tal-firxa tal-kreditu speċifika għall-emittent. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati tal-firxa tal-kreditu użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istess buckets għandhom jintużaw bħall-buckets li ntużaw għar-riskju delta tal-firxa tal-kreditu għan-nontitolizzazzjoni.
Artikolu 325m 4.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura f'konformità mal-Artikolu 325g. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi inferiti mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju dment li dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess emittent.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit