+Artikolu 353 Riskju tal-kambju tas-CIUs
---+Artikolu 353 1.
---+Artikolu 353 2.
---+Artikolu 353 3.

Artikolu 353 Riskju tal-kambju tas-CIUs

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 353 1.
Għall-finijiet tal-Artikolu 352, fir-rigward tas-CIUs għandhom jiġu kkunsidrati l-pożizzjonijiet attwali tal-kambju tas-CIU.
Artikolu 353 2.

L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq ir-rappurtar dwar il-pożizzjonijiet tal-kambju fis-CIU tal-partijiet terzi li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni depożitorja tas-CIU bil-kondizzjoni li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha ma’din l-istituzzjoni depożitarja;

(b) 

għal CIUs oħra, il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU, jekk il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3).

Il-korrettezza tal-kalkolu għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.

Artikolu 353 3.
Meta istituzzjoni ma tkunx konxja mill-pożizzjonijiet tal-kambju f’CIU, għandu jiġi ssoponut li s-CIU hija investita sal-massimu permess skont il-mandat tas-CIU fil-kambju u l-istituzzjonijiet għandhom, għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, jikkunsidraw l-iskopertura massima indiretta li jistgħu jiksbu billi jieħdu pożizzjonijiet ta’ lieva finanzjarja permezz tas-CIU meta jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju tagħhom. Dan għandu jsir billi tiżdied b’mod proporzjonali l-pożizzjoni fis-CIU sal-iskopertura massima għall-elementi sottostanti ta' investiment li jirriżultaw mill-mandat tal-investiment. Il-pożizzjoni meħuda tas-CIU fil-kambju għandha tiġi ttrattata bħala munita separata skont it-trattament tal-investimenti fid-deheb, soġġett għaż-żieda tal-pożizzjoni totali twila mal-pożizzjoni miftuħa totali twila tal-kambju u l-pożizzjoni totali qasira mal-pożizzjoni miftuħa totali qasira tal-kambju fejn id-direzzjoni tal-investiment tas-CIU tkun disponibbli. Ma għandu jkun permess l-ebda netting bejn tali pożizzjonijiet qabel il-kalkolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit