+Artikolu 359 Approċċ tal-iskala tal-maturità
---+Artikolu 359 1.
---+Artikolu 359 2.
---+Artikolu 359 3.
---+Artikolu 359 4.
---+Artikolu 359 5.
---+Artikolu 359 6.
|
Artikolu 359 Approċċ tal-iskala tal-maturità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 359 1.
|
L-istituzzjoni għandha tuża skala tal-maturità separata f'konformità mat-Tabella 1 għal kull prodott. Il-pożizzjonijiet kollha f'dak il-prodott għandhom jiġu assenjati fil-faxex xierqa ta’ maturità. Stokks fiżiċi għandhom jiġu assenjati fl-ewwel faxxa ta’ maturità li tibda minn 0 u li tasal sa u tinkludi xahar (1).
Tabella 1
|
Faxxa ta’ maturità
(1)
|
Rata tal-firxa (f’%)
(2)
|
|
0 ≤ 1 xahar
|
1,50
|
|
> 1 ≤ 3-il xahar
|
1,50
|
|
> 3 ≤ 6-il xahar
|
1,50
|
|
> 6 ≤ 12-il xahar
|
1,50
|
|
> 1 ≤ 2 sentejn
|
1,50
|
|
> 2 ≤ 3 snin
|
1,50
|
|
> 3 sena
|
1,50
|
|
|
Artikolu 359 2.
|
Pożizzjonijiet fl-istess prodott jistgħu jiġu paċuti u assenjati lill-faxex xierqa ta’ maturità fuq bażi netta għal dawn li ġejjin:
(a)
pożizzjonijiet f’kuntratti li jimmaturaw fl-istess ġurnata;
(b)
pożizzjonijiet f’kuntratti li jimmaturaw fi żmien għaxart ijiem minn xulxin jekk il-kuntratti jkunu negozjati fi swieq li għandhom dati ta’ konsenja ta’ kuljum.
|
|
Artikolu 359 3.
|
L-istituzzjoni mbagħad għandha tikkalkula s-somma tal-pożizzjonijiet twal u s-somma tal-pożizzjonijiet qosra f’kull faxxa ta’ maturità. L-ammont tal-ewwel tip li jkun mqabbel minn dan tal-aħħar f’faxxa ta’ maturità partikolari għandu jkun il-pożizzjonijiet imqabbla f’dik il-faxxa, filwaqt li l-pożizzjoni twila jew qasira reżidwa għandha tkun il-pożizzjoni mhux imqabbla għall-istess faxxa.
|
|
Artikolu 359 4.
|
Dik il-parti tal-pożizzjoni twila mhux imqabbla għal faxxa ta’ maturità partikolari li tkun mqabbla minn pożizzjoni qasira mhux imqabbla, jew viċe versa, għal faxxa ta’ maturità aktar lil hinn għandha tkun il-pożizzjoni mqabbla bejn iż-żewġ faxex ta’ maturità. Dik il-parti tal-pożizzjoni twila mhux imqabbla jew dik qasira mhux imqabbla li għalhekk ma tistax titqabbel għandha tkun il-pożizzjoni mhux imqabbla.
|
|
Artikolu 359 5.
|
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għal kull prodott għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-iskala rilevanti tal-maturità bħala s-somma ta’ dan li ġej:
(a)
is-somma tal-pożizzjonijiet twal u qosra imqabbla, immultiplikata bir-rata xierqa ta’ firxa kif indikat fit-tieni kolonna tat-Tabella 1 għal kull faxxa ta’ maturità u bil-prezz spot għall-prodott;
(b)
il-pożizzjoni mqabbla bejn żewġ faxex ta’ maturità għal kull faxxa ta’ maturità li fiha tiġi riportata pożizzjoni mhux imqabbla, immultiplikata b’0,6 %, li hija r-rata tar-riport u bil-prezz spot għall-prodott;
(c)
il-pożizzjonijiet reżidwi mhux imqabbla, immultiplikati bi 15 % li hija r-rata diretta u bil-prezz spot għall-prodott.
|
|
Artikolu 359 6.
|
Ir-rekwiżit kumplessiv ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għar-riskji tal-prodotti għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolat għal kull prodott skont il-paragrafu 5.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|