+Artikolu 397 Kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għall-iskoperturi l-kbar fil-portafoll tan-negozjar
---+Artikolu 397 1.
---+Artikolu 397 2.
---+Artikolu 397 3.
|
Artikolu 397 Kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għall-iskoperturi l-kbar fil-portafoll tan-negozjar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 397 1.
|
L-eċċess imsemmi fl-Artikolu 395(5)(b) għandu jiġi kkalkulat billi jintgħażlu dawk il-komponenti tal-iskopertura totali tal-negozju għall-klijent jew il-grupp ta’ klijenti konnessi inkwistjoni li jattiraw l-ogħla rekwiżiti għar-riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2 u/jew ir-rekwiżiti fl-Artikolu 299 u l-Parti Tlieta, it-Titolu V, li meta jingħaddu flimkien jilħqu l-ammont tal-eċċess imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 395(5).
|
|
Artikolu 397 2.
|
Fejn l-eċċess ma jippersistix għal aktar minn għaxart ijiem, ir-rekwiżit ta’ kapital addizzjonali għandu jkun ta’ 200 % tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, fuq dawn il-komponenti.
|
|
Artikolu 397 3.
|
Sa minn 10-t ijiem wara li jkun seħħ l-eċċess, il-komponenti tal-eċċess, magħżula skont il-paragrafu 1, għandhom jiġu allokati għal-linja xierqa fil-Kolonna 1 tat-Tabella 1 f'ordni axxendenti tar-rekwiżiti ta' riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, Titolu IV, Kapitolu 2 u/jew ir-rekwiżiti fl-Artikolu 299 u l-Parti Tlieta, Titolu V. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għandu jkun ugwali għas-somma tar-rekwiżiti tar-riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, Titolu IV, Kapitolu 2 u/jew ir-rekwiżiti tal-Artikolu 299 u l-Parti Tlieta, Titolu V fuq dawn il-komponenti, multiplikata bil-koeffiċjent korrispondenti fil-Kolonna 2 tat-Tabella 1.
Tabella 1
|
Kolonna 1: Eċċess ogħla mil-limiti
(fuq il-bażi ta’ perċentwal tal-kapital eliġibbli)
►M8
kapital ta' Grad 1 ◄
|
Kolonna 2: Fatturi
|
|
Sa 40 %
|
200 %
|
|
Minn 40 % sa 60 %
|
300 %
|
|
Minn 60 % sa 80 %
|
400 %
|
|
Minn 80 % sa 100 %
|
500 %
|
|
Minn 100 % sa 250 %
|
600 %
|
|
Fuq 250 %
|
900 %
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|