+Artikolu 401 Kalkolu tal-effett tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu
---+Artikolu 401 1.
---+Artikolu 401 2.
---+Artikolu 401 3.
---+Artikolu 401 4.

Artikolu 401 Kalkolu tal-effett tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 401 1.
Għall-kalkolu tal-valur ta' skoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), istituzzjoni tista' tuża l-valur tal-iskopertura kompletament aġġustat (E*) kif kalkulat taħt il-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, billi tiġi kunsidrata l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-aġġustamenti fil-volatilità, u kwalunkwe diskrepanza fil-maturità msemmija f'dak il-Kapitolu.
Artikolu 401 2.
Bl-eċċezzjoni ta' istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju, għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju, irrispettivament mill-metodu użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu.

B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet li għandhom permess jużaw il-metodi msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, jistgħu jużaw dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli

Artikolu 401 3.
Fil-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet perjodiċi tal-istress tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-valur realizzabbli ta' kwalunkwe kollateral meħud.

It-testijiet perjodiċi tal-istress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fil-kondizzjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet u riskji li jirriżultaw mir-realizzazzjoni ta' kollateral f'sitwazzjonijiet ta' stress.

It-testijiet tal-istress imwettqa għandhom ikunu adegwati u adatti għall-valutazzjoni ta' dawk ir-riskji.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej fl-istrateġiji tagħhom biex jindirizzaw ir-riskju ta' konċentrazzjoni:

(a) 

politiki u proċeduri sabiex jindirizzaw riskji li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità bejn l-iskoperturi u kwalunkwe protezzjoni tal-kreditu fuq dawn l-iskoperturi;

(b) 

politiki u proċeduri relatati mar-riskju tal-konċentrazzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji ta' kreditu, b'mod partikolari minn skoperturi kbar għall-kreditu indirett, pereżempju, l-iskoperturi għal emittent uniku ta' titoli meħuda bħala kollateral.

Artikolu 401 4.
Meta istituzzjoni tnaqqas skopertura għal klijent li juża teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 399(1), l-istituzzjoni, bil-mod stabbilit fl-Artikolu 403, għandha tittratta l-parti tal-iskopertura li biha l-iskopertura għall-klijent tkun tnaqqset bħala li ġġarrbet għall-fornitur tal-protezzjoni iktar milli għall-klijent.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit