+Artikolu 418 Il-valutazzjoni tal-assi likwidi
---+Artikolu 418 1.
---+Artikolu 418 2.
---+Artikolu 418 3.
---+Artikolu 418 4.
|
Artikolu 418 Il-valutazzjoni tal-assi likwidi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 418 1.
|
Il-valur ta’ assi likwidu li jrid jiġi rrappurtat għandu jkun il-valur tas-suq tiegħu, soġġett għal telf impost xieraq li mill-anqas jirrefletti t-tul taż-żmien, il-kreditu u r-riskju ta’ likwidità u t-telf impost tar-repo tipiku f’perijodi ta’ stress ġenerali fis-suq. It-telf impost ma għandux ikun inqas minn 15 % għall-assi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 416(1). Jekk istituzzjoni tkopri r-riskju tal-prezzijiet assoċjat ma’ assi, hija għandha tikkunsidra l-fluss tal-flus li jirriżulta mill-għeluq potenzjali tal-kopertura.
|
|
Artikolu 418 2.
|
L-ishma jew unitajiet fis-CIUs kif imsemmija fl-Artikolu 416(6) għandhom ikunu soġġetti għal telf impost, imqassam (looking through) fuq l-assi sottostanti kif ġej:
(a)
0 % għall-assi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 416(1);
(b)
5 % għall-assi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 416(1);
(c)
20 % għall-assi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 416(1).
|
|
Artikolu 418 3.
|
L-approċċ "look-through" imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi applikat kif ġej:
(a)
fejn l-istituzzjoni tkun konxja tal-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, hija tista’ tirreferi direttament għal dawk l-iskoperturi sottostanti sabiex tassenjahom għall-punt (a) sa (d) tal-Artikolu 416(1);
(b)
fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja tal-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, għandu jiġi preżunt li s-CIU tinvesti, sal-massimu li huwa permess skont il-mandat tagħha, f’ordni dixxendenti fit-tipi tal-assi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 416(1) sakemm jintlaħaq il-limitu massimu ta’ investiment totali.
|
|
Artikolu 418 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw metodoloġiji u proċessi sodi biex jikkalkulaw u jirrappurtaw il-valur tas-suq u l-haircuts għal ishma jew unitajiet f'CIUs. Biss fejn dawn jistgħu juru, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-materjalità tal-iskopertura ma tiġġustifikax l-iżvilupp tal-metodoloġiji tagħhom stess, l-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq il-partijiet terzi li ġejjin sabiex jikkalkulaw u jirrappurtaw it-telf impost għall-ishma jew l-unitajiet fis-CIUs, skont il-metodi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3:
(a)
l-istituzzjoni depożitorja tas-CIU bil-kondizzjoni li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha ma’din l-istituzzjoni depożitarja;
(b)
għal CIUs oħra, il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU, bil-kondizzjoni li l-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3)(a).
Il-korrettezza tal-kalkoli mill-istituzzjoni depożitorja jew mill-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|